- Quddiesa nhar it-Tnejn: It-Tnejn, 21 ta’ Lulju 2024, il-quddiesa tad-9am biss li ssoltu ssir fil-knisja parrokkjali ser issir ġewwa l-knisja tal-Kunċizzjoni minħabba xi xogħlijiet fuq id-dawl fil-knisja parrokkjali dakinhar.
- Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża illi se tkun qed tiġbor oġġetti tal-ikel (li mhux skaduti) għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa. Għaldaqstant mill-ġimgħa d-dieħla se jitqiegħdu qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali kif ukoll ġewwa l-knejjes ta’ Lapsi u l-Kunċizzjoni.
- Għoti tad-demm: Nhar il-Ħadd 4 t’Awwissu bejn it-8.30am u s-1pm, uffiċjali miċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ser ikunu qegħdin fil-Każin Banda San Ġiljan għal dawk in-nies li jixtiequ jagħtu għotja tad-demm. Inħeġġu lill-parruċċani biex jaċċettaw din l-istedina b’għan nobbli. Din l-attività qed issir fuq inizjattiva tal-Każin Banda San Ġiljan b’kollaborazzjoni mal-Parroċċa u l-Kunsill Lokali San Ġiljan. Waqt l-istess attivita’ ser jintlaqgħu donazzjonijiet għal Puttinu Cares.
- Kollezzjoni tal-Little Sisters of the Poor: Barra l-bibien tal-Knisja se ssibu l-Little Sisters of the Poor qiegħdin jiġbru għalihom. Inħeġġukom tkunu ġenerużi bħal dejjem.
- Mass on Monday: Monday 22nd July 2024, the 9am Mass only that is usually held at the Parish church will be held at the Immaculate Conception chapel due to electrical works in the Parish church on the day.
- Collection of food items: The Diaconia Commission will be placing baskets at the back of our churches for the collection of food items (that are not expired) for the needy families in our parish to be distributed during the week of the feast.
- Blood donation: On Sunday 4th August from 8.30am until 1pm, officers from the National Blood Transfusion Unit will be at the St Julians Band Club for those who wish to donate blood. We encourage parishioners to participate in this noble cause. This activity is being held on the St Julians Band Club’s initiative in collaboration with the Parish and the Local Council. Donations to Puttinu Cares will also be received on the day.
- Collection by the Little Sisters of the Poor: After Mass you will find the Little Sisters of the Poor carrying out a collection outside the church doors in aid of the work they do. We encourage you to be generous as always.

