AVVIŻI – PARISH NOTICES 27 – 28 ta’ Lulju 2024

  • L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.
  • Donazzjonijiet għall-festa ta’ San Giljan: S’issa ġbarna €5500 mill-envelopes li qassamna fid-djar u ta’ dan nirringrazzjawkom. Għadna ftit lura mis-somma li nġabret is-sena l-oħra li kienet ta’ €6932.  Nagħmlu l-aħħar sforz biex ikolna festa bilanċata.
  • Kollezzjoni tal-Little Sisters of the Poor:  Il-ġabra li għamlu l-Little Sisters of the Poor fejn il-bibien tal-Knisja l-ġimgħa li għaddiet leħqet is-somma ta’ €2245 li se jintużaw għat-tiswija tas-sistema tal-arja kondizzjonata.  Grazzi għan-nom tagħhom u huma jwiegħduna t-talb tagħhom.
  • Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tavża li tpoġġew il-qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali kif ukoll ġewwa l-knejjes ta’ Lapsi u l-Kunċizzjoni għall-ġbir ta’ oġġetti tal-ikel (li mhux skaduti) għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa.
  • Għoti tad-demm: Infakkrukom li nhar il-Ħadd li ġej bejn it-8.30am u s-1pm, uffiċjali miċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ser ikunu qegħdin fil-Każin Banda San Ġiljan għal dawk in-nies li jixtiequ jagħtu għotja tad-demm. Inħeġġukom biex taċċettaw din l-istedina b’għan nobbli. Wieħed għandu jieħu l-ID card miegħu u jixrob l-ilma qabel ma jmur.  Waqt l-istess attivita’ ser jintlaqgħu donazzjonijiet għal Puttinu Cares.  
  • First Friday:  On Friday being first Friday there will be an adoration after evening Mass at 7pm.
  • Donations for the feast of St Julian: So far the amount of €5500 has been collected from envelope donations for which we are grateful.  We are a bit behind from the amount of €6932 collected last year.  Let’s make a little effort to reach this target to have a balanced feast.
  • Collection by the Little Sisters of the Poor:  The collection made by the Little Sisters of the Poor last week outside the church doors amounted to €2245 which will be used to repair their airconditioning system.  We thank you on their behalf and they promised their prayers.
  • Collection of food items: The Diaconia Commission has placed baskets at the back of the parish church as well as at Lapsi and Kuncizzjoni churches for the collection of food items (that are not expired) for the needy families in our parish to be distributed during the week of the feast. 
  • Blood donation: On Sunday from 8.30am until 1pm, officers from the National Blood Transfusion Unit will be at the St Julians Band Club for those who wish to donate blood.  We encourage parishioners to participate in this noble cause.  We remind you to take your ID card and to drink water before you go.  Donations to Puttinu Cares will also be received on the day.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading