AVVIŻI – PARISH NOTICES 10 – 11 t’Awwissu 2024

  • Festa ta’ Santa Klara: Nawguraw il-festa t-tajba lis-sorijiet Klarissi li jinsabu fil-Parroċċa tagħna li jitolbu għalina b’mod regolari fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Santa Klara.  Inżommuhom fit-talb tagħna u nitolbu biex ikollhom aktar vokazzjonijiet.
  • Festa ta’ Santa Marija:  Nhar il-Ħamis niċċelebrawis-Solennita’ tat-Tlugħ ta’ Marija fis-Sema. Infakkrukom li hemm l-obbligu tal-quddies f’dan il-jum. Il-ħin tal-quddies ikun fit-8.00am, 9.00am (Lapsi), 9.30am, 11.00am, 5.30pm (Kuncizzjoni) u 7.00pm.  Il-quddies tal-Erbgħa filghaxija (Kuncizzjoni – 5.30pm u Knisja Parrokkjali – 7.00pm) tkun tgħodd ghal dan id-dmir.
  • Festa ta’ San Ġiljan:  Nhar is-Sibt fit-7.45pm ser ikun hemm quddiesa fil-Bajja ta’ Spinola.  Dakinhar ma jkunx hawn quddiesa tat-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali.  Wara l-quddiesa se jkun hemm Lejla Maltija fl-istess bajja. Inħeġġukom tattendu biex flimkien nibdew il-festa tal-patrun tagħna.
  • Jum il-Familja – Quddiesa għall-familji u preżentazzjoni tat-tfal:
  • Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu niċċelebraw Jum il-Familja li fiha qed nistiednu ‘l-familja fis-sens wiesgħa tagħha.
  • Familji li għandhom it-tfal li jixtiequ jippreżentawhom lil San Ġiljan.  Dawk li jixtiequ jinkitbu jekk jogħġobkom iċemplu jew jibagħtulna imail lill-uffiċċju bl-ismijiet tat-tfal u l-genituri.
  • Koppji li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum jew li għalqu xi anniversarju speċjali taż-żwieġ. Dawn jistgħu ukoll jinkitbu billi jċemplu jew jibgħatu email lill-uffiċċju parrokkjali.
  • Anżjani fid-Djar Residenżjali tal-Anżjani.
  • Zagħzagħ sportivi.
  • Programm tal-Festa: Fejn il-bibien tal-Knisja se jkun hemm il-programm tal-festa. Napprezzaw xi donazzjonijiet għall-ispejjeż tal-ktieb.
  • Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel:  Il-Kummissjoni Djakonija tfakkar li qed tiġbor oġġetti tal-ikel, tal-ħasil u toiletries għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna sa nhar il-Ħadd. Dawk interessati jgħinu billi jippreparaw xi ikla sħuna li aħna nqassmu fil-ġimgħa tal-festa, jistgħu jċemplu lill-uffiċċju parrokkjali. Min jixtieq jagħmel xi donazzjoni monetarja biex aħna nixtru dak li hemm bżonn jista’ jagħmel dan ukoll billi jħalli d-donazzjoni ma’ wieħed mis-saċerdoti.
  • Katekiżmu – Infakkarkom fid-dati tar-reġistrazzjoni tal-Katekizmu li huma t-Tlieta 3 ta’ Settembru u l-Ħamis 5 ta’ Settembru. Dawk li diġa jattendu ma għandhomx għalfejn jerġgħu japplikaw.
  • Feast of St Clare: We wish a happy feast to the community of the Poor Clares who pray for us regularly on the occasion of the feast of St Clare.  Let’s keep them in our prayers and especially for more vocations.
  • Feast of the Assumption of Our Lady: On Thursday we celebrate the feast of the Assumption of Our Lady.  Mass times will be as follows: 8.00am, 9.00am (Lapsi), 9.30am, 11.00am, 5.30pm (Immaculate Conception Chapel) and 7.00pm.  The evening masses on Wednesday (5.30pm at the Immaculate Conception Chapel and 7.00pm at the Parish) are Vigil Masses of this feast.
  • St Julian’s Feast: On Saturday at 7.45pm a Mass in Spinola Bay will be celebrated. There will not be a Mass in the Parish Church at the same time.  A Lejla Maltija will be held in Spinola Bay after the Mass.  We encourage you to attend to start the feast celebrations of St Julian.
  • The day of the Family – Mass for families and the presentation of children:
  • On Friday 23rd August we celebrate Family Day as part of the feast whereby we invite all families in the widest sense of the word:
    • Families with children who would like to present their children to St Julian for a special blessing;  anyone wishing to do so can call or email the parish office with the child/ren’s and parents’ names.
    • Couples who got married in the last 12 months and all those couples celebrating a special anniversary.  These couples can also call or email the office to advise us.
    • The elderly living in a home for the elderly.
    • Young people involved in sport.
  • Feast programme: You can find these near the doors of the church.  Donations in aid of the booklet are welcome.
  • Collection of food items: The Diaconia Commission reminds you about the baskets at the back of our churches for the collection of food items, toiletries and laundry detergents, that will remain there until Sunday.   Warm meals will also be distributed so anyone wishing to prepare a warm meal is also welcome.  Monetary donations for this cause are also acceptable and donors are to contact one of the priests.
  • Catechism:  We remind you about the dates for the applications for Catechism (3rd and 5th September).  Those already attending need not re-apply.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading