AVVIŻI-PARISH NOTICES 17 – 18 t’Awwissu 2024

  • Booklet tal-Festa: Fejn il-bibien tal-Knisja hemm il-programm tal-festa. Napprezzaw xi donazzjonijiet għall-ispejjeż tal-istampar tal-ktieb.
  • Il-Programm kollu tal-Festa jinsab ukoll fuq il-website jew il-Facebook page tal-Parroċċa. Hawn ssibu d-dettalji prinipali:
  • Ħrug tal-Vara:  Għada/it-Tnejn, fis-7.00pm se jkun hawn quddiesa għad-dilettanti tal-festa u wara l-vara titulari ta’ San Giljan tinħareġ min-niċċa u titwassal fuq iz-zuntier.
  • Jum l-Anzjani: Fis-6.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi, tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda, li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda. 
  • Jum it-Tfal: Nhar l-Erbgħa ser tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal fis-7.00pm u wara ssir manifestazzjoni għalihom bl-istatwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjal sal-Knisja ta’ Lapsi.
  • Jum l-Għaqdiet: Nhar il-Ħamis issir quddiesa fis-7.00pm u għaliha huma mistiedna l-membri tal-Kummissjonijiet u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa.  Wara jsir riċeviment għal dawk li rċevew l-invit.  Importanti li tippreżentaw dan l-invit fil-bieb.
  • Jum il-Familja
    • Il-Ġimgħa fis-6.00pm fil-Knisja ta’ Lapsi ssir quddiesa u wara prietka b’tifħir u glorja lil San Ġiljan.  Wara tingħad il-Kurunella u tingħata l-Barka Sagramentali.
    • Fis-7.00pm issir quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.  Mistiedna speċjali huma l-koppji li din is-sena qed jiċċelebraw anniversarju speċjali taż-żwieg kif ukoll dawk li għamdu t-trabi tagħhom mill-aħħar festa ‘l hawn, anzjani rikoverati fid-Djar tal-Anzjani kif ukoll żagħżagħ sportivi.
  • Lejliet il-Festa: 
  • Nhar is-Sibt, fis-5.45pm issir Quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi.
  • Fis-6.30pm issir it-translazzjoni solenni tar-relikwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja ta’ Lapsi sal-Knisja Parrokjali.  Wara ssir Quddiesa fis-7pm.
  • Dakinhar fil-Knisja Parrokjali ikun hemm quddiesa waħda fis-7pm; jiġifieri ma jsirux waħda fis-6.30pm u oħra fit-7.45pm.
  • Jum il-Festa:
  • Il-ħin tal-quddies ikun: 8.00am, 9.00am (Knisja ta’ Lapsi), 9.30am (Solenni), 11.30am minnflok tal-11.00am u l-12.15pm.
  • Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.
  • Fis-7.00pm toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġiljan. Fid-dħul tal-purċissjoni tinġħata l-barka sagramentali.
  • Ġabra:  Nirringrazzjawkom tal-ġabra fl-ewwel Ħadd tax-xahar għall-bżonnijiet tal-festa li laħqet €1580.
  • Katekizmu: Infakkarkom fid-dati tar-reġistrazzjoni tal-Katekizmu (3 u 5 ta’ Settembru). Għal aktar informazzjoni irreferu għall-paġna tal-parroċċa fuq il-Facebook aktar tard matul din il-ġimgħa.
  • Il-ħidma pastorali ta’ Fr Joshua Cortis f’din il-Parroċċa tasal fi tmiem fl-1 ta’ Settembru.  Għalhekk se jiċċelebra l-aħħar quddiesa tiegħu bħala Viċi Kappillan il-Ħadd 1 ta’ Settembru fis-7pm. Nistiednu lil kulħadd, b’mod speċjali l-Operaturi Pastorali li jieħdu sehem f’din il-quddiesa.  Filwaqt li nirringrazzjawh tas-servizz li wettaq f’din il-Parroċċa, nitolbu għalih biex il-Mulej iżejnu bl-għerf tiegħu biex ikun jista’ jwettaq il-ħidma tiegħu bħala Amministratur tal-Parroċċa tal-Balluta.
  • Feast booklet: Feast booklets are available from near the church doors.  Any donations for printing expenses are welcome.
  • Feast programme: The detailed programme of activities for the week of the Feast can also  be found on our website, feast booklet as well as on our Facebook page. Hereunder are the salient points:
  • Beginning of the festivities: Tomorrow/on Monday, after the 7.00pm Mass the statue of St Julian will be taken out of its niche and on to the church parvis.
  • Mass for the Elderly:  A mass for the Elderly is to be held on Tuesday at 6.30pm at Lapsi Church and during which the Sacrament of the Sick will be administered. 
  • Children’s Day: On Wednesday at 7pm there will be a special mass for Children followed by a manifestation with the statue of St Julian, departing from the Parish Church up to Lapsi Church.
  • Group’s Day:  The 7pm Mass in the Parish on Thursday will be held for the members of all commissions and social and religious groups within the parish.  A reception will follow and is by invitation only.  Invitations are to be presented at the door.
  • Families’ Day:
    • On Friday, there is a mass at 6.00pm at Lapsi Church, followed by a homily in praise and glory of St Julian.  
    • There will also be 7.00pm Mass at the Parish.  A special invitation is to those couples who have a special anniversary this year, those couples who baptised their children in St Julians since the feast last year, the elderly residing in old people’s homes and young people in sport.
  • Eve of the feast:
    • There will be a 5.45pm Mass at Lapsi Church.
    • At 6.30pm there will be the Solemn translation of the relic of St Julian from Lapsi church to the Parish Church, followed by mass at 7.00pm.
    • On that day there is only one Mass at 7.00pm, so there are no Masses at 6.30pm and 7.45pm at the Parish Church.
  • Feast of St Julian:
    • The Mass times will be: 8.00am; 9.00am (Lapsi), 9.30am (Solemn) and 11.30am in English.
    • There will be Mass at 6.00pm in the Parish Church.
    • The procession with the statue of St Julian leaves the Parish Church at 7.00pm. A sacramental blessing will be given when the procession returns back to the Church.
  • Appreciation: We thank you for the collection on the first Sunday of the month where we collected the sum of €1580.
  • Catechism:  We remind you about the dates for the applications for Catechism (3rd and 5th September).  Refer to Facebook page later on this week for further information.
  • Fr Joshua Cortis’s pastoral work in the parish will come to an end on Sunday 1st September. On that day he will celebrate his final Mass as an assistant parish priest at 7pm. We invite all to attend, especially the pastoral operators. While we thank him for the service he gave to our parish, let us pray for him so that our Lord enlightens him with His wisdom so that he can carry out His work as Administrator of Balluta Parish.

Happy feast to all

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading