- Ġabra: Dan hu l-ewwel weekend tax-xahar u kif avżajna l-ġimgħa l-oħra illum hija l-aħħar ġabra li sa ssir b’risq l-ispejjeż tal-festa. Nirringrazzjawkom bil quddiem tal-ġenerosita’ tagħkom.
- Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
- Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Infakkrukom li tpoġġew il-qfief apposta fil-bibien tal-Knisja Parrokkjali kif ukoll ġewwa l-knejjes ta’ Lapsi u l-Kunċizzjoni għall-ġbir ta’ oġġetti tal-ikel (li mhux skaduti) għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna, sabiex jitqassmu fi żmien il-Festa.
- Quddies Paceville: Mis-Sibt 10 ta’ Awwissu sa l-aħħar ta’ Settembru, il-quddiesa tad-9pm fil-Knisja tal-Buon Kunsill mhix ħa ssir imma terġa’ tibda f’Ottubru.
- Korsijiet ġodda: F’Ottubru li ġej, il-Fakulta’ tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta se toffri korsijiet ta’ livelli differenti fit-Teoloġija, Studji Reliġjużi, Psikoloġija Pastorali, Spiritwalita’, Akkumpanjament Spiritwali, Etika tal-Ambjent, u Liġi Kanonika taż-Żwieġ. Dawk interessati jistgħu japplikaw għal boroż ta’ studju sa €2,000. Inħeġġiġkom tikkonsidraw xi wieħed minn dawn il-korsijiet li jgħinuna nifhmu u napprezzaw aħjar is-sbuħija tal-fidi tagħna. Għal aktar tagħrif, idħlu fil-website tal-Fakulta’ (www.um.edu.mt/theology) jew fil-paġna tal-Facebook tal-Fakulta’ (Faculty of Theology – University of Malta).
- Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar li għadda għaddew għall-ħajja ta’ dejjem: Stella Farrugia, Mary Busuttil, Carmen Grech, Mary Gauci u John Caruana. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
- Collection: This is the first weekend of the month so this month we will have the last collection in aid of the feast. We thank you in advance for your generosity.
- Baptism: A baptism will be held during the 7.00pm Mass on Sunday.
- Collection of food items: We remind you about the baskets at the back of the parish church as well as at Lapsi and Kuncizzjoni churches for the collection of food items (that are not expired) for the needy families in our parish to be distributed during the week of the feast.
- Mass at Paceville: We advise that the 9pm Mass on Saturday at Our Lady of Good Counsel church in Paceville will not be held from the 10th August until the end of September and will resume in October.
- New courses: This October, the Faculty of Theology at the University of Malta is offering new courses at different levels with the following subjects: Theology, Religious Studies, Pastoral Psychology, Spirituality, Spiritual Accompaniment, Environmental Ethics, and Matrimonial Canon Law. Those interested can apply for a student grant of up to €2000. We encourage you to consider one of these courses that will help us better understand the beauty of our faith. For further information one can go to the Faculty website (www.um.edu.mt/theology) or on their Facebook page (Faculty of Theology – University of Malta).
- Prayers for our faithful departed: We pray for Stella Farrugia, Mary Busuttil, Carmen Grech, Mary Gauci and John Caruana who entered eternal life during the past month. Eternal rest grant unto them O Lord …

