- Ġbir: Matul dan il-weekend, qed ssir ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa.
- Il-ħidma pastorali ta’ Fr Joshua Cortis f’din il-Parroċċa tasal fi tmiem il-Ħadd 1 ta’ Settembru 2024. Għalhekk se jiċċelebra l-aħħar quddiesa tiegħu bħala Viċi Kappillan il-Ħadd fis-7pm. Nistiednu lil kulħadd, b’mod speċjali l-Operaturi Pastorali, biex jieħdu sehem f’din il-quddiesa. Filwaqt li nirringrazzjawh tas-servizz li wettaq f’din il-Parroċċa, nitolbu għalih biex il-Mulej iżejnu bl-għerf tiegħu biex ikun jista’ jwettaq il-ħidma tiegħu bħala Amministratur tal-Parroċċa tal-Balluta. Nilqgħu fostna lil Fr Jean Gove’ li minn tmiem il-ġimgħa d-dieħla sa jingħaqad mal-Presbiterju tal-Parroċċa tagħna.
- Grupp ta’ talb ta’ Padre Pio: Nhar it-Tnejn ikun hawn il-laqgħa tal-grupp Padre Pio fil-knisja tal-Kunċizzjoni fil-4.45pm.
- Katekiżmu – Infakkarkom fid-dati tar-reġistrazzjoni tal-Katekizmu (it-Tlieta u l-Ħamis ta’ din il-ġimgħa) bejn il-5pm u s-7pm fis-Sala tal-Konferenzi. Għal aktar informazzjoni irreferu għan-notice boards u għall-paġna tal-parroċċa fuq il-Facebook.
- L-ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.
- Stedina għall-grupp ta’ persuni separati: Nixtiequ nwaqqfu support group għal persuni separati. Min hu interessat, javviċina lill-Kapillan.
- Ringrazzjament: Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw sehemhom b’xi mod jew ieħor fl-attivitajiet li saru fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Ġiljan.
- Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Awwissu għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Winnifred Calleja, Gladys Zammit Tabona, Michael Farrugia, Christopher Zarb u Pawla Attard. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
- First Sunday collection: Collections during this weekend will be in aid of the needs of the Parish.
- Fr Joshua Cortis’s pastoral work in the parish will come to an end on tomorrow/today. He will celebrate his final Mass as an assistant parish priest at 7pm. We invite all to attend, especially the pastoral operators. While we thank him for the service he gave to our parish, let us pray for him so that our Lord enlightens him with His wisdom so that he can carry out His work as Administrator of Balluta Parish. In the meantime we welcome Fr Jean Gove’ who will be joining the parish’s Presbytery as from the end of next week.
- Padre Pio Group: The Padre Pio will be meeting on Monday at 4.45pm at the Immaculate Conception Chapel.
- Catechism: We remind you about the dates for the applications for Catechism (Tuesday and Thursday this week). Refer to the notice boards at the Parish Church or to our Facebook page for further information.
- First Friday: At 7.00pm there will be Mass followed by an adoration at the Parish Church.
- Separated persons group: We would like to set up a support group for separated persons in our parish. Anyone interested to join can speak with the parish priest.
- Apprecation: We thank all those who helped out during the feast of St Julian in one way or another.
- Prayers for our faithful departed: We pray for Winnifred Calleja, Gladys Zammit Tabona, Michael Farrugia, Christopher Zarb and Pawla Attard who entered eternal life during the past month. Eternal rest grant unto them O Lord ….

