- Laqgħa ġenituri u parrini: Nhar l-Erbgħa fis-7pm sa ssir laqgħa għall-ġenituri u l-parrini ta’ dawk li sa jaħmlu l-Grizma tal-Isqof fis-sala tal-Konferenzi.
- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar – Festa tal-Madonna tar-Rużarju: Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, toħroġ il-Purċissjoni mill-Knisja Parrokkjali għal fuq il-pont, titla’ ‘l fuq fi Triq Forrest, tgħaddi minn Triq il-Mensija, Triq Forrest (naħa tal-Kunsill Lokali) u lura għall-Knisja Parrokkjali.
- Grupp ta’ Sapport għal Persuni Separati: Il-grupp ta’ sapport għal persuni separati se jibda minn nhar l-Erbgħa 9 t’ Ottubru. Il-laqgħat se jsiru kull tieni u raba’ Erbgħa tax-xahar fis-7.30pm f’room 2.
- Pellegrinaġġ għax-xahar tar-Rużarju: Nhar il-Ġimgħa 11 t’ Ottubru se mmorru sas-Santwarju tal-Madonna il-Mellieha fejn se niċċelebraw quddiesa fis-6pm u wara nieqfu nieħdu xi ħaġa flimkien. Min jixtieq jibbukkja t-trasport iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali. Tluq minn Ta’ Giorni fil-4.45pm u minn Spinola fil-5pm.
- Ġbir: Nirringrazzjawkom tal-ġabra li saret il-ġimgħatejn ilu għall-ħidma tal-Franġiskani fl-Art Imqaddsa. Din laħqet is-somma ta’ €1,580.
- Meeting for parents and godparents: A meeting will be held on Wednesday at 7.00pm at the Centre for those parents and godparents whose children will be receiving their confirmation this year.
- First Friday and Feast of Our Lady of the Rosary: On Friday, we celebrate the feast of Our Lady of the Rosary. A procession will be held after the evening Mass. This will leave the parish church, cross the bridge, go up Forrest Street towards Mensija Street, back down Forrest Street (in front of the Local Council), proceed back towards the parish church.
- Support Group for Separated Persons: The support group for separated persons will be starting on Wednesday 9th October at 7.30pm. Meetings will be held on the 2nd and 4th Wednesday of every month in Room 2 in the centre.
- Pilgrimage for the month of the Rosary: On Friday 11th October we shall be celebrating Mass at 6pm at the Sanctuary of our Lady in Mellieha, followed by a get together. Anyone wishing to book transport may contact us at the office. We shall leave from Ta’ Giorni at 4.45pm and Spinola at 5pm.
- Collection: We thank you for the collection made two weeks ago in aid of the Franciscans working in the Holy Land, which amounted to €1,580.

