AVVIŻI– PARISH NOTICES 19 – 20 ta’ Ottubru 2024

  • Ġurnata Missjunarja: Il-ġabra li sa ssir sa tintbgħat lil Missio fl-okkazjoni ta’ Jum il-Missjoni. Nuru l-apprezzament tagħna lejn tant missjunarji li qed jagħtu qalbhom u l-enerġija kollha tagħhom biex iwasslu l-ferħ tal-Evanġelju u jgħinu materjalment u soċjalment lil eluf kbar ta’ nies f’ħafna pajjiżi.  Ejjew inwieġbu bil-qalb għall-appell tal-Missio li tagħmel tant ġid fost ħutna l-missjunarji madwar id-dinja kollha.
  • Ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof: 
    • Nhar it-Tlieta fis-7.30pm se jkun hawn rehearsal għat-tfal u l-parrini fil-Knisja Parrokkjali. Il-ġenituri mitlubin jattendu.
    • Nhar l-Erbgħa se jkun hawn il-qrar bejn il-5.30pm u t-8.00pm fil-Knisja Parrokkjali.. Dan ma jkunx miftuħ biss għat-tfal li se jagħmlu l-Griżma, ġenituri u parrini, imma għal kull min jixtieq jieħu l-opportunita biex jirċievi l-grazzja ta’ dan is-sagrament.
    • Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm se jirċievu l-Griżma tal-Isqof 34 tifel u tifla fil-Parroċċa tagħna.  Inżommuhom fit-talb tagħna matul din il-ġimgħa.
  • Mother’s prayers:  Minn nhar it-Tnejn sa jibda’ l-grupp ta’ ‘Mother’s prayers’ fil-parroċċa tagħna.  Dan il-grupp huwa mmirat għal ommijiet u nisa li jixtiequ jitolbu għal uliedhom jew ulied li jaddottaw f’qalbhom. Il-laqgħat se jibdew isiru kull nhar ta’ Tnejn fid-9.30am fil-kamra numru 1. Inħeġġu lil dawk li jistgħu biex nitolbu għall-ġenerazzjoni ta’ għada.
  • Katekeżi għaż-żagħżagħ u adulti:  Il-mixja neokatekumenali bdiet sensiela ta’ laqgħat kull nhar ta’ Tlieta u Ġimgħa fis-7.30pm fil-kamra numru 3.  Anke jekk ma attendejtx il-ġimgħa l-oħra, l-Mulej qed jistiednek tibda din il-ġimgħa.
  • Grupp ta’ Sapport għal Persuni Separati: Qed isiru laqgħat mill-grupp ta’ sapport għal persuni separati kull tieni u raba’ Erbgħa tax-xahar fis-7.30pm f’room 2.
  • Ħin tax-Xitwa: Il-weekend li ġej indawru l-arloġġ siegħa lura u għalhekk il-quddiesa ta’ filgħaxija, minn nhar il-Ħadd li ġej, (ħlief is-Sibt), tkun fis-6.30pm.
  • Talb għall-mejtin tagħna:  Fejn il-bibien tal-Knisja tistgħu ssibu flyers għat-talb tal-mejtin tagħna.  Wieħed jista’ jimla l-ismijiet tal-familjari/ħbieb tiegħu jitfagħhom ġo envelope flimkien ma’ donazzjoni u jgħadduhom lilna sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar. Dawn jitpoġġew fuq l-artal għal talb speċjali għalihom matul ix-xahar ta’ Novembru.
  • Fundraising party: Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru fis-7.30pm se jsir 60s night fis-sala tal-konferenzi bħala fund raising.  Il-biljetti, li jiswew €20 u jinkludu finger food u vouchers għal 3 drinks, jinkisbu mill-uffiċċju parrokkjali.
  • Volontarjat: Loop Djakonija Parroċċi qed tistieden żgħażagħ li jiġu mitluba jagħmlu volontarjat bħala parti mill-istudju tagħhom biex jagħmlu dan mad-Djakonija fil-parroċċi fil-komunitajiet tagħna. Iktar informazzjoni tinsab fuq is-sit loop.mt/snb jew info@loop.mt
  • Mission Sunday: All collections made during masses this weekend will be sent to the Missions, today being Mission Sunday.  Let us show our appreciation to so many doing missionary work over so many years in far away lands.  Let us respond to Missio’s appeal who does so much good with our missionary brothers and sisters around the world.
  • Confirmation:
    • A rehearsal for the children and godparents will be held on Tuesday at 7.30pm.  Parents are requested to attend.
    • Confession will be held on Wednesday in the Parish Church from 5.30pm to 8.00pm not just for the children, parents and godparents as a preparation for the Confirmation but for all those who wish to receive the grace of this Sacrament.
    • The Confirmation celebaration will be held for 34 children in the Parish Church on Friday at 7.00pm.  Let’s keep them in our prayers this week.
  • Mother’s prayers group: This has been set up in our parish.  It is aimed at mothers who wish to pray for their children or women who are praying for those they adopt in prayer.  Meetings will be held every Monday (starting this Monday) at 9.30am in room 1.  We encourage those who can to pray for tomorrow’s generation.
  • Catechism for adults and youth: The neocatecumenal way is holding a series of meetings every Tuesday and Friday at 7.30pm in Room 3.  Even if you didn’t manage to attend last week, our Lord is inviting you to attend this week.
  • Support Group for Separated Persons: The support group for separated persons is meeting on the 2nd and 4th Wednesday of every month in Room 2 in the centre at 7.30pm.
  • Winter Hours:  Next weekend Malta will switch to winter time by turning back the clock by one hour, so as from next weekend all evening masses will be at 6.30pm, except for Saturdays which remain unchanged.
  • Flyers/prayers for the deceased:  These are available near the church doors.  One can list the names of one’s deceased family or friends and return the flyer in an envelope with a donation until the end of the month.  These leaflets will be placed on the altar as special prayers will be said for them during the month of November.
  • Fundraising party:  A fund raising 60s night will be held on Friday 15th November at the conference hall at 7.30pm.  Tickets including finger food and vouchers for 3 drinks require a donation of €20 and are available from the parish office.
  • Voluntary work:  LOOP Djakonija Parroċċi is inviting young people who are tasked with doing voluntary work as part of their studies to do so with them within our parishes. More information is available at loop.mt/snb or info@loop.mt

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading