AVVIŻI – PARISH NOTICES 5 – 6 ta’ Ottubru 2024

  • Ġabra:  Dan il-weekend se ssir il-ġabra għall-bżonnijiet tal-parroċċa.  Il-fondi se jmorru għall-proġetti ta’ manutenzjoni li qed isiru fil-Knisja kif ukoll fis-Sala Gwanni Pawlu II.
  • Grupp Padre Pio: Il-laqgħa li jmiss issir nhar it-Tnejn fil-4.45pm fil-kappella tal-Kunċizzjoni.
  • Crafts Club:  Se jerġa’ jibda l-Crafts Club minn nhar it-Tlieta u kull nhar ta’ Tlieta mill-10am sal-12pm.  Kull min hu interessat jista’ jidħol room 1.
  • Ftuħ tas-Sena Kateketika:  Din il-ġimgħa se jsiru l-ewwel laqgħat għat-tfal u l-ġenituri fil-Knisja Parrokkjali.  Nhar it-Tlieta jibdew fil-5.00pm u nhar il-Ħamis jibdew fil-5.15pm.
  • Festa ta’ Santa Fawstina:  Nhar it-Tlieta fil-parroċċa tagħna se niċċelebraw l-festa ta’ Santa Fawstina b’adorazzjoni fis-6.15pm qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija.
  • Grupp ta’ Sapport għal Persuni Separati: Il-grupp ta’ sapport għal persuni separati se jibda minn nhar l-Erbgħa.  Il-laqgħat se jsiru kull tieni u raba’ Erbgħa tax-xahar fis-7.30pm f’room 2.
  • Pellegrinaġġ għax-xahar tar-Rużarju: Nhar il-Ġimgħa se mmorru sas-Santwarju tal-Madonna il-Mellieha fejn se niċċelebraw quddiesa fis-6pm u wara nieqfu nieħdu xi ħaġa flimkien.  Min jixtieq jibbukkja t-trasport iċempel l-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar it-Tnejn. Tluq minn Ta’ Giorni fil-4.45pm u minn Spinola fil-5pm.
  • Healing Mass: Se tiġi ċċelebrata healing mass fil-parroċċa tas-Sacro Cuor tas-Sliema nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm.
  • Quddies għall-vokazzjonijiet: Kull tieni Sibt tax-xahar qed issir il-Quddiesa u Adorazzjoni b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet fil-Kappella tas-Seminarju.  Id-darba li jmiss ser tkun nhar is-Sibt li ġej 12 t’ Ottubru. Fis-6.00pm quddiesa u fis-6.45pm adorazzjoni bit-talba tar-rużarju u barka. Wara jkun hemm ħin ta’ komunjoni.
  • Grupp Miżżewġin: Nhar is-Sibt ser nerġgħu nibdew il-laqgħat kull xahar għall-koppji miżżewġin.  Dawn isiru kull tieni Sibt tax-xahar u niltaqgħu fis-Sala Papa Gwanni Pawlu II fis-7.15pm. Koppji huma mistiedna li jattendu.
  • Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Settembru għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Anthony Pace, Bernardette Montefort, Margaret Rizzo, Pierre attard, Karl Gouder, Martin Borg, Martin Aquilina, James Zammit Fava, Rita Micallef, u Valentina Camilleri.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
  • Collection: This weekend we have the collection in aid of the Parish.  The funds will be allocated to maintenance works in the Church and in the Pope John Paul II Hall.
  • Padre Pio Group:  The Padre Pio will be meeting on Monday at 4.45pm at the Immaculate Conception Chapel.
  • Crafts Club:  The Crafts Club is going to restart this Tuesday and every Tuesday from now onwards.  The meetings will be held in room 1 from 10am to 12pm.
  • Opening of Catechism Year:   The first meetings will be held this week at the Parish Church, where both parents and children are required to attend.  The Tuesday meeting starts at 5.00pm and Thursday meeting starts at 5.15pm. 
  • Feast of St Faustina: The parish is celebrating the feast of St Faustina on Tuesday, starting with an adoration at 6.15pm and followed by evening Mass as usual at 7pm.
  • Support Group for Separated Persons: The support group for separated persons will be starting this Wednesday at 7.30pm.  Meetings will be held on the 2nd and 4th Wednesday of every month in Room 2 in the Centre.
  • Pilgrimage for the month of the Rosary:  On Friday we shall be celebrating Mass at 6pm at the Sanctuary of our Lady in Mellieha, followed by a get together.  Anyone wishing to book transport may contact us at the office until Monday if possible. We shall leave from Ta’ Giorni at 4.45pm and Spinola at 5pm.
  • Healing Mass:  A healing Mass will be celebrated at the parish of Sacro Cuor in Sliema on Friday at 6.30pm.
  • Prayers for vocations:  Every second Saturday of the month, prayers for vocations are being said at the Seminary in Rabat.  The next meeting will be held this Saturday, starting with a Mass at 6pm followed by an adoration and the Holy Rosary at 6.45pm.  A time for communion will follow.
  • Marriage Works Group: On Saturday there is the next monthly meeting.  The meeting will be held at JPII Hall at 7.15pm.  Married couples are encouraged to attend.
  • Prayers for the faithful departed:  We pray for Anthony Pace, Bernardette Montefort, James Zammit Fava, Margaret Rizzo, Pierre Attard, Karl Gouder, Martin Borg, Martin Aquilina, Rita Micallef and Valentina Camilleri who went to eternal life during the month of September.  Eternal rest give unto them Oh Lord….

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading