Ringrazzjament mill-Kummissjoni Djakonija

Għal darb’oħra l-Kummissjoni Djakonija kienet solidari ma’ diversi familji li għaddejjin minn żmien diffiċli.  Dan jista’ jkun minħabba diversi sitwazzjonijiet fil-ħajja li jinkludi wgiegħ fiżiku u/jew psikoloġiku, limitazzjoni finanzjarja kif ukoll perjodu ta’ mard illi jikkreja piż fuq il-familja kollha.

Waqt l-Festa ta’ San Ġiljan tqassmu mal-65 hampers lil diversi familiji.

Biex dan ikun possibli rridu l-għajnuna ta’ bosta sponsors; kemm kumpaniji kif ukoll individwi.

Għaldaqstant nixtiequ nirringrazzjaw lil:

COLLIS WILLIAMS LTD

SALVO GRIMA & SONS LTD

WORLDWIDE CO LTD

W J PARNIS ENGLAND

TA’ KRIS RESTAURANT

MEAT POINT MANUFACTURING LTD

EIFFEL MARKETING

SPAR-MIRACLE FOODS

FAMILJI LI GĦENU BIT-TISJIR TA’ IKLA BNIENA W KOMPLUTA GĦAL FAMILJI FIL-BŻONN

KIF UKOLL DIVERSI FAMILJI OĦRA LI JKUNU OFFREW GĦAJNUNA MATERJALI JEW FINANZJARJA IŻDA JKUNU JIXTIEQU JIBQGĦU ANONIMI

IL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-KOMUNITA FIL-ĠBIR TA’ OĠĠETTI HIJA WAĦDA SOSTANZJALI WKOLL

IT-TQASSIM TAL-HAMPERS U IKEL FID-DJAR TAL-FAMILJI ISIR BIL-KOLLABORAZZJONI TAL-VOLUNTIERA TAL-WATERPOLO CLUB TA’ SAN ĠILJAN KIF UKOLL VOLUNTIERA INDIVIDWALI

Il-koordinazzjoni kif ukoll ħidma kollha tkun possibli biss bl-impenn kbir u mħabba bla fini li jaħdmu bih il-membri kollha tal-Kummissjoni Djakonija kif ukoll xi membri minn għaqdiet oħra, minkejja l-eta’ matura tagħhom.

L-appuntament li jmiss huwa għal Milied fl-20 ta’ Diċembru 2024.

Nixtiequ wkoll nappellaw għall-aktar volontiera biex jingħaqdu mal-Kummissjoni Djakonija f’din il-ħidma tant nobbli.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading