AVVIŻI 2 – 3 ta’ Novembru 2024

  • Ġabra: Dan hu l-ewwel weekend tax-xahar u l-ġabra tkun għall-bżonnijiet tal-parroċċa biex jitkompla x-xogħol ta’ manutenzjoni li bdejna.
  • Kappella tal-Kunċizzjoni:  Infakkrukom li din il-ġimgħa ma jkunx hemm quddies fil-kappella tal-Kunċizzjoni. Il-quddiesa terġa’ tibda ssir minn nhar it-Tnejn 11 ta’ Novembru fil-5.15pm. 
  • Grupp Ħbiberija:  Nhar l-Erbgħa, l-Grupp Ħbiberija se torganiżża coffee morning fis-sala tal-Konferenzi li tibda wara l-quddiesa tad-9am.
  • Quddiesa għall-mejtin tagħna: Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali, ikun hawn quddiesa għal dawk li mietu matul din is-sena fil-Parroċċa tagħna.
  • Magħmudija:  Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
  • Fundraising party: Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru fis-7.30pm se jsir 60s night fis-sala tal-konferenzi bħala fund raising.  Il-biljetti, li jiswew €20 u jinkludu finger food u vouchers għal 3 drinks, jinkisbu mill-uffiċċju parrokkjali.
  • Irtir għall-persuni sseparati: Nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru se jsir irtir immirat għall-persuni sseparati ġewwa Mount St Joseph Retreat house.  Min jixtieq jattendi jista’ jirreġistra fuq din il-ħolqa https://parrocci.knisja.mt/forms/irtir-ghall-persuni-separati/. Il-laqgħat f’din il-parroċċa jkomplu fit-13 ta’ Novembru kif inhu ppjanat.
  • Pussess: Nifirħu lil Mons Claude Portelli li għada/illejla sa jieħu l-Pussess bħala Arċipriet tal-Parroċċa tal-Katidral tal-Mdina, kif ukoll Fr Joshua Cortis li għada/illum sa jinħatar uffiċjalment bħala Amministratur tal-Parroċċa tal-Balluta.  Nitolbu għalihom fil-missjoni li l-Mulej afdalhom f’idejhom.
  • Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Ottubru għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Marcel Dudley, John Caruana, Carmelo Ebejer, Paul Caruana Curran, Giuliano Mamo, Helen Richardson u John Tanti.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
  • Collection:  This is the first weekend of the month and the collection will go towards the needs of the Parish for the ongoing maintenance works. 
  • Kuncizzjoni Chapel:  We remind you that there are no masses this week at the Kuncizzjoni Chapel.  Masses will resume on Monday 11th November at 5.15pm.
  • Grupp Hbiberija:  A coffee morning will be held in the conference hall on Wednesday at 9.30am, after the 9am Mass.
  • Mass for the faithful departed:  ThisFriday a mass for the deceased of the parishoners in the past year will be held at 6.30pm at the Parish Church.
  • Baptism: On Sunday the sacrament of Baptism will be celebrated during the 11.00am mass in the Parish Church.
  • Fundraising party:  A fund raising 60s night will be held on Friday 15th November at the conference hall at 7.30pm.  Tickets including finger food and vouchers for 3 drinks require a donation of €20 and are available from the parish office.
  • Retreat for separated persons:  A retreat is being organised for separated persons on Saturday 16th November at Mount St Joseph Retreat House.  One can register online at https://parrocci.knisja.mt/forms/irtir-ghall-persuni-separati/. The next meeting at the parish will be held on Wednesday 13th November.
  • Installation: We congratulate Mons Claude Portelli at his installation as Archpriest of the Cathedral parish in Mdina tomorrow/this evening, as well as Fr Joshua Cortis who will be officially appointed as the Administrator of the Balluta Parish tomorrow/today.  Let us pray for the mission that the Lord has entrusted them with.
  • Prayers for the faithful departed:  We pray for Marcel Dudley, John Caruana, Carmelo Ebejer, Paul Caruana Curran, Giuliano Mamo, Helen Richardson and John Tanti who went to eternal life during the month of October.  Eternal rest give unto them Oh Lord….

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading