- Mother’s prayers: Infakkrukom li kull nhar ta’ Tnejn, il-grupp ta’ ‘Mother’s prayers’ jiltaqa’ fid-9.30am fil-kamra numru 1. Inħeġġu lil dawk li jistgħu biex nitolbu flimkien.
- Assemblea Djoċesana: L-Assemblea Djocesana din is-sena se ssir nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa. L-Assemblea hi parti mill-proċess ta’ tiġdid fl-Arċidjoċesi u se ssir b’rabta mal-mixja sinodali fil-Knisja kollha. Nitolbu biex tħalli ħafna frott fil-ħidma pastorali tal-Knisja f’Malta.
- Quddiesa nhar il-Ġimgħa: Nhar il-Ġimgħa il-quddiesa tas-6.30pm se ssir ġewwa l-Knisja ta’ Lapsi minn flok fil-knisja parrokkjali minħabba li se jiġi ċċelebrat is-sagrament taż-żwieġ.
- Jum Dinji taż-Żagħżagħ: Infakkrukom li se ssir ċelebrazzjoni għaż-żagħżagħ fil-Knisja ta’ San Duminku fir-Rabat nhar is-Sibt fit-8pm.
- Magħmudija: Nhar il-Ħadd, waqt il-quddiesa tal-12.15pm fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
- Proċess tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja: Nixtiequ ninfurmawkom li r-regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja ġew ippublikati. Aktar informazzjoni fuq in-notice board u l-website www.knisja.mt.
- Ġabra għall-Hospice: Wara l-quddiesa ser inkunu qed nilqgħu donazzjonijiet ħdejn il-bibien tal-knisja għall-Hospice Malta li kull sena tgħin ‘l fuq min elf u ħames mitt pazjent u l-familji tagħhom f’Malta, kif ukoll f’Għawdex. L-għan tal-kura paljattiva huwa li jtaffi l-uġigħ u sintomi oħra tal-marda u jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tal-pazjenti, kif ukoll jingħata appoġġ lill-familjari tagħhom li jkunu għaddejjin minn dawn il-mumenti diffiċli. Bħalissa l-ispejjeż kurrenti ta’ Hospice Malta biex joffru s-servizzi tagħhom b’xejn hi ta €2.5 miljun fis-sena. Meta jibdew joperaw mill-kumpless il-ġdid f’Sta Venera fejn sa jkun hemm 16-il-kamra fejn pazjenti jistgħu jingħataw kura paljattiva, din is-somma ser titrippla. Inħeġġiġkom biex nkunu ġenerużi u ngħinu lill-Hospice Malta aħna wkoll.
- Mother’s prayers: We remind you that every Monday, the group Mother’s Prayers is meeting in Room 1 at 9.30am. We encourage you to pray together.
- Diocesan Assembly: This year the Diocesan Assembly will take place on Thursday and Friday. This is part of the renewal process in the Archdiocese and is going to be held as part of the synodal process in the universal Church. Let us pray so that the assembly leaves the desired fruit.
- Mass on Friday: The 6.30pm Mass at the parish church this Friday will be held at Lapsi church as the sacrament of marriage will be celebrated at the Parish church.
- National Day of Youth: May we remind young people about the celebration at the St Dominic Church in Rabat on Saturday at 8pm.
- Baptism: On Sunday, the sacrament of Baptism will be celebrated during the 12.15pm Mass.
- Church School Application Process: We would like to inform you that the rules for entry into church schools have been published. They may be seen on the notice board or on www.church.mt.
- Collection for Hospice: After Mass we shall be receiving donations near the church doors in aid of Hospice Malta that helps over 1500 patients and their families in Malta and Gozo. The aim of their palliative care is to relieve the suffering of cancer patients and its other symptoms and to improve their quality of life, as well as support their families going through this difficult time. The current expenses for this free service are currently €2.5million annually. Once the new St Venera complex starts operating, that includes 16 rooms that serve as an in-patient unit, the sum will triple. I encourage you to be generous in order to support Hospice Malta.

