AVVIŻI– PARISH NOTICES 14 – 15 ta’ Diċembru 2024

  • Ġabra għall-Iskejjel tal-Knisja:  Kif avżajnikom il-ġimgħa li għaddiet, il-ġbir kollu li jsir fil-quddies ta’ dan il-weekend se jmur għall-Fond tal-Iskejjel tal-Knisja.  Bħal kull sena, qiegħdin nappellaw għall-ġenerożità tagħkom biex l-iskejjel tal-Knisja f’Malta jkunu jistgħu jkomplu jaqdu u jġibu ’l quddiem il-missjoni tagħhom li jedukaw eluf ta’ tfal u żgħażagħ.
  • Novena tal-Milied:
    • Nhar it-Tnejn wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ikollna il-Lectio Divina fil-Knisja Parrokkjali u online.
    • Nhar it-Tlieta fis-7.30pm fil-Knisja Parrokkjali sa jittella’ Kunċert ta’ Għanjiet tal-Milied bis-sehem ta’ kor żgħir tat-tfal, iż-żagħżagħ tal-Banda San Giljan u s-St Julian’s Choral Group. 
    • Nhar l-Erbgħa isir il-Qrar fil-Knisja Parrokkjali bejn il-5.30-8.00pm
    • Nhar il-Ħamis issir id-dimostrazzjoni bil-Bambin li titlaq mill-Knisja parrokkjali fil-5.30pm.  Dakinhar il-quddiesa tad-9am fil-Knisja parrokkjali mhix se ssir, u l-quddiesa tas-6.30pm se ssir fil-Knisja ta’ Lapsi mhux fil-Knisja parrokkjali.
    • Nhar il-Ġimgħa fis-6:10pm jkollna Meditazzjonijiet u Ħsibijiet bi tħejjija għall-Ġublew tat-Tama, immexxija mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
  • Ħarġa Grupp Ħbiberija: Il-ħarġa sa ssir nhar it-Tlieta fejn se ssir quddiesa fil-knisja tal-Qawra segwita b’buffet lunch. Nitilqu minn Ta’ Giorni fl-10.15am u Spinola fl-10.25am.  Bookings fl-uffiċċju parrokkjali.
  • Kunċert: Nhar il-Ħadd, 22 ta’ Diċembru, fis-7:30 ta’ filgħaxija, fil-Knisja ta’ Lapsi, ser jittella’ kunċert mill-Coro Bel Canto u l-orkestra, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Hermann Farrugia Frantz, fejn ser jiġu esegwiti siltiet mużikali ta’ kompożituri Taljani l-aktar magħrufa. In Notte Placida: Kunċert ta’ Mużika tal-Milied mit-Tradizzjoni Taljana, qed jiġi imtella’ mill-Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi, San Ġiljan, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali. Kulħadd huwa mistieden. Parking fil-grounds tal-iskola primarja.
  • Sena tal-Ġublew/mixja: Infakkrukom fuq il-Ftuħ tal-Ġublew tat-Tama f’Malta fid-29 ta’ Diċembru kif ukoll il-mixja organizzata mill-parroċċa fit-2 ta’ Jannar.  Bookings għat-trasport mill-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tnejn 23 ta’ Dicembru.
  • Kummissjoni Djakonija:  Infakkrukom fil-qfief għall-ġbir ta’ ikel għall-familji fil-bżonn. Jekk hemm min jixtieq joffri li jipprepara ikla tal-Milied, jista’ jkellimna.  Min jixtieq joffri xi donazzjoni għall-familji fil-bżonn, jista’ wkoll. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem.
  • Kalendarju: Mal-bibien tal-Knisja għandkom issibu kalendarji għas-sena l-ġdida.  Kull familja mistiedna żżomm kopja. 
  • Collection for Church schools:  As notified last week, all collections this weekend will be made for the Church School Fund.  The Church in Malta  is appealing to your generosity so that it can continue in its education of thousands of children and youths. 
  • Christmas novena:
    • On Monday a Lectio Divina will be held at the parish church and online after the 6.30pm Mass.
    • A Christmas Carol concert will be held on Tuesday at the parish church at 7.30pm with the participation of a choir including children, youths of St Julians Band Club and St Julians Choral Group.
    • Confession will be held on Wednesday between 5.30pm and 8pm at the parish church.
    • There will be the demonstration of Baby Jesus on Thursday, leaving the parish church at 5.30pm.  Note that on that day the 9am Mass will not be celebrated, and the 6.30pm Mass will be celebrated at Lapsi Church not at the Parish church.
    • On Friday Meditations and Thoughts will be said at 6.10pm at the Parish church, in preparation of the Jubilee year of Hope.  This will be led by the Parish Pastoral Commission.
  • Grupp Hbiberija outing: Grupp Ħbiberija are organising the monthly outing on Tuesday.  We depart from Ta’ Giorni at 10.15am and Spinola Square at 10.25am for a Mass at the Qawra church followed by a buffet lunch.  One can book by calling the parish office.
  • Concert: The Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi, San Ġiljan, in collaboration with the St Julian’s Local Council, is organising: In Notte Placida: A Concert of Christmas Music from Italyon Sunday 22nd December at 7.30pm at Lapsi Church. The concert shall feature musical pieces by some of the most renowned Italian composers, performed by the Coro Bel Canto and orchestra, under the direction of Mro Hermann Farrugia Frantz. Entrance is free. Parking will be available in the St Julian’s Primary School grounds.  
  • Opening of the Jubilee year of Hope/outing:  We remind you about the opening of the Jubilee Year of Hope on Sunday 29th December and the outing on the 2nd January.  More information and booking for transport at the parish office until Monday 23rd December.
  • Diaconia Commission:  We also remind you about the baskets at the church doors for food hampers for the families in need.  If anyone would like to prepare a Christmas meal for these families or make a monetary donation for this cause, one can also contact us.  
  • Calendar:  Next year’s parish calendar has been placed at the church doors.  We encourage every family to keep one.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading