- Ġabra: Dan hu l-ewwel weekend tax-xahar u għalhekk il-ġbir kollu li jsir matul il-quddies dan il-weekend imur għall-bżonnijiet tal-parroċċa.
- Grupp ta’ talb ta’ Padre Pio: Nhar it-Tnejn issir il-laqgħa tal-grupp Padre Pio fil-knisja tal-Kunċizzjoni fl-4.30pm.
- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni.
- Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni: Nhar il-Ħadd niċċelebraw is-Solennita’ tal-Immakulata Kunċizzjoni. Il-ħin tal-quddies ikun bħal tal-Ħadd u jkollna quddiesa oħra fil-5.30pm fil-Kappella tal-Kunċizzjoni.
- Avvent:
- Irtir: Nhar is-Sibt 13 ta’ Diċembru għandna l-irtir tal-Avvent immexxi minn Fr Gilbert Scicluna. Nibdew bil-quddiesa tad-9am u nkomplu fis-Sala taċ-Ċentru. Booking fl-uffiċċju parrokkjali.
- Mixja Favur il-Ħajja: Għada/illum fit-3pm se tkun organizzata l-Mixja Favur il-Ħajja. Il-Fondazzjoni Life Network tistedinna sabiex inkunu vuċi li tiddefendi t-tarbija fil-ġuf. Preżentament f’Malta l-ħajja tat-tarbija hija protetta sa mill-bidu nett. Tant trabi qed jiġu abortiti taħt il-liġi f’ħafna pajjiżi madwarna. Malta hija l-iktar post safe għat-tarbija fil-ġuf fl-Ewropa. Ejjew inkunu aħna li bil-preżenza tagħna nagħtu garanzija li Malta tibqa tħares il-ħajja ta’ dik it-tarbija sa mill-bidu billi nieħdu sehem f’mixja minn Kastilja għal Pjazza Jean de Valette, Il-Belt Valletta fejn ikun hemm diskorsi tal-okkażjoni. Ikun hemm ukoll programm ta’ divertiment għall-familja kollha.
- Bookings għall-intenzjonijiet fil-quddies fl-2025: L-uffiċċju parrokkjali se jilqa’ l-bookings f’dawn il-ġranet li se nsemmi: nhar it-Tnejn u nhar it-Tlieta mill-5.00pm sas-6.30pm. Min irid jista’ jħalli l-lista tal-ismijiet u numru tal-mobajlflimkien mad-donazzjoni. Dawk li jiġu l-uffiċċju jieħdu preċedenza fuq il-listi mibgħutin. Bookings bit-telefon, emails jew messagi mhux sa jiġu aċċettati.
- Kummissjoni Djakonija: Tpoġġew qfief fil-Knejjes kollha għall-ġbir ta’ ikel għall-familji fil-bżonn. Jekk hemm min jixtieq joffri li jipprepara ikla tal-Milied, jista’ jkellimna. Min jixtieq joffri xi donazzjoni għall-familji fil-bżonn, jista’ wkoll. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem.
- Ringrazzjament: Hospice Malta tirringrazzjakom tal-ġabra li saret ħmistax ilu għall-bżonnijiet tagħhom. Is-somma li nġabret leħqet l-ammont ta’ €2,885.
- Mass booklets: Tqassmu booklets ġodda tal-quddiesa bil-Malti u bl-Ingliż. Napprezzaw li dawn jinżammu f’kundizzjoni tajba għall-użu ta’ kulħadd.
- Avviż tal-Kunsill Lokali: Ser issir ħarġa kulturali nhar it-Tnejn 9 ta’ Dicembru. Ser inżuru l-forti ta’ Sant’ Anġlu u l-Mużew Marittimu. Nitilqu fid-8.45am u niġu lura għall-ħabta tas-1pm. Iktar informazzjoni mill-kunsill lokali.
- Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Novembru għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Lino Ferris, Anthony Zammit, Antonia Montanaro Gauci, Ines Xuereb, Nazarena Taylor u Giorgina Wirth. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
- Collection: This is the first weekend of the month and the collection will go towards the needs of the Parish.
- Padre Pio prayer group: The next meeting will be held on Monday at 4.30pm at the Immaculate Conception Chapel.
- First Friday: The 6.30pm Mass will be followed by an adoration on Friday.
- Feast of the Immaculate Conception: We celebrate the Solemnity of the Immaculate Conception this Sunday. Mass times will be as usual and there is an additional Mass on Sunday at 5.30pm at the Kucizzjoni chapel.
- Advent:
- Retreat: The Advent retreat will be held on Friday 13th December being a public holiday. We start with 9.00am Mass and we continue in the Conference hall with sessions led by Fr Gilbert Scicluna. Booking at the parish office.
- Walk in favour of Life: A walk in favour of Life will take place tomorrow/today 1st December at 3pm. The Life Network Foundation invites us to be a voice in favour of the unborn. At the moment our country still defends life from the very beginning. So many unborn children are not protected by law in the countries surrounding us. Malta is the safest place for the unborn in Europe. Let us with our presence guarantee that Malta continues to protect the unborn from the very beginning by participatingin the walk from Castille to La Valette Square, Valletta where speeches for the occasion will be made. An entertainment programme for all the family will be ongoing.
- Bookings for mass intentions in 2025: The parish office will again be receiving bookings for mass intentions on the following days: on Monday and Tuesday from 5.00pm to 6.30pm. One can also leave a list of intentions including a mobile number and donation. Those who visit the office will be be given presendence over the lists received. Bookings on the phone, by email or messages will not be accepted.
- Diaconia Commission: Baskets have been placed in all churches for food hampers for the families in need. If anyone would like to prepare a Christmas meal for these families or make a monetary donation for this cause, one can also contact us. We thank you in advance.
- Mass booklets: New mass booklets in Maltese and English have been distributed. We appreciate it if you can keep these booklets in good condition for everybody’s use.
- Local Council notice: The local council is organising a cultural outing on Monday 9th December. They will visit Fort St Angelo and the Maritime Museum. Departure is at 8.45am and return is at 1pm. More information from the Local Council.
- Prayers for our faithful departed: We pray for Lino Ferris, Anthony Zammit, Antonia Montanaro Gauci, Ines Xuereb, Nazarena Taylor and Giorgina Wirth, who entered eternal life during November. Eternal rest grant unto them O Lord…

