- Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni: Dan il-weekend niċċelebraw is-Solennita’ tal-Immakulata Kunċizzjoni. Il-ħin tal-quddies ikun bħal tal-Ħadd u għandna quddiesa oħra fil-5.30pm fil-Kappella tal-Kunċizzjoni.
- Avvent:
- Lectio Divina: Nhar it-Tnejn wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ikollna il-Lectio Divina fil-Knisja Parrokkjali u online.
- Irtir: Nhar il-Ġimgħa – Festa Pubblika, għandna l-irtir tal-Avvent immexxi minn Fr Gilbert Scicluna. Nibdew bil-quddiesa tad-9am u nkomplu fis-Sala taċ-Ċentru. Booking fl-uffiċċju parrokkjali.
- Kummissjoni Djakonija: Tpoġġew qfief fil-Knejjes kollha għall-ġbir ta’ ikel għall-familji fil-bżonn. Jekk hemm min jixtieq joffri li jipprepara ikla tal-Milied, jista’ jkellimna. Min jixtieq joffri xi donazzjoni għall-familji fil-bżonn, jista’ wkoll. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem.
- Ftuħ tal-Ġublew tat-Tama f’Malta: Mons Arċisqof sa jiftaħ is-sena tal-Ġublew tat-Tama permezz ta’ pellegrinaġġ qasir mir-Rabat sal-Katidral tal-Imdina fejn issir quddiesa nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru fil-5pm. Aħna lkoll mistiedna biex nattendu. Għalhekk il-parroċċa sa torganiżża trasport għal min jixtieq. Bookings l-uffiċċju parrokkjali sal-20 ta’ Diċembru.
- Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana. Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda f’nofs Jannar. Għad fadal ftit postijiet. Min jixtieq jibbukkja, jista’ jagħmel dan fuq is-sit www.movimenttakana.mt.
- Ħarġa: Il-parroċċa qed torganiżża ħarġa nhar il-Ħamis 2 ta’ Jannar fis-2pm. Nagħmlu mixja faċli ġewwa Ħad-Dingli u wara nieqfu għat-te’ u pastizzi. Naslu lura għall-ħabta tal-5pm. Bookings għat-trasport mill-uffiċċju parrokkjali.
- Korsijiet pastorali: Fis-semestru li jmiss li jibda f’Jannar li ġej, l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali ser ikun qed joffri numru ta’ korsijiet b’diversi temi fosthom il-Bibbja, t-talb u l-lituġija. Għal iktar informazzjoni nħeġġukom tkellmu lill-Kappillan jew żuru https://pfi.edu.mt .
- Ġabra għall-Iskejjel tal-Knisja: Bħal kull sena, il-Knisja qiegħda tappella għall-ġenerożità tal-membri tagħha biex jgħinuha tipprovdi l-mezzi finanzjarji biex l-iskejjel tal-Knisja f’Malta jkunu jistgħu jkomplu jaqdu u jġibu ’l quddiem il-missjoni tagħhom li jedukaw eluf ta’ tfal u żgħażagħ. Għal dan il-għan, il-ġbir kollu li jsir fil-quddies tal-weekend li ġej se jmur għall-Fond tal-Iskejjel tal-Knisja.
- Apprezzament: Nirringrazzjawkom tal-ġabra li saret il-weekend li għadda għall-bżonnijiet tal-parroċċa li leħqet is-somma ta’ €1450.
- Feast of the Immaculate Conception: This weekend we celebrate the Solemnity of the Immaculate Conception. Mass times will be as usual and there is an additional Mass on Sunday at 5.30pm at the Kucizzjoni chapel.
- Advent:
- Lectio Divina: On Monday a Lectio Divina will be held at the parish church or online after the 6.30pm Mass.
- Retreat: The Advent retreat will be held on Friday being a public holiday. We start with 9.00am Mass and we continue in the Conference hall with sessions led by Fr Gilbert Scicluna. Booking at the parish office.
- Diaconia Commission: Baskets have been placed at church door for food hampers for the families in need. If anyone would like to prepare a Christmas meal for these families or make a monetary donation for this cause, one can also contact us. We thank you in advance.
- Opening of the Jubilee year of Hope in Malta: The Archbishop will be opening the Jubilee year of Hope by means of a short pilgrimage from Rabat to the Mdina Cathedral followed by a Mass at 5pm on Sunday 29th December. We are all invited to attend. Transport will be provided. Booking at the parish office untill the 20th December.
- Cana Course: Those couples planning to get married in the next two years are encouraged to attend a Cana marriage preparation course. Ours is held on Sunday morning and the next one starts in January. One can apply online on www.canamovement.mt
- Outing: The parish is organising an hike/outing for all on Thursday 2nd January from 2pm to 5pm. We shall have a short walk in Dingli and then stop for tea and pastizzi. Bookings for transport at the parish office.
- Pastoral courses: The Pastoral Formation Institute is starting new courses as from next semester with themes about the Bible, prayer and liturgy among others. More information from the parish priest or at www.pfi.edu.mt
- Collection for Church Schools: As in previous years, the Church is appealing to our generosity to provide the financial means so that it can continue in its educational mission towards thousands of children and youths. For this reason all collections in the coming weekend will be made for the Church School Fund.
- Appreciation: Last week’s collection in aid of the Parish amounted to €1450. We thank you for your generosity.

