AVVIŻI – PARISH NOTICES – 11 – 12 ta’ Jannar 2025

  • Bieb tal-Ġublew: Fost il-Bibien tal-Ġublew tat-Tama li tħabbru hemm dak tal-Millenium Chapel li tinsab fil-Parroċċa tagħna. Nfakkrukom li biex tinkiseb l-Indulġenza Plenarja il-persuna trid iżżur din il-knisja b’devozzjoni, tagħmel mument ta’ adorazzjoni, tgħid it-talba tal-Missierna, Kredu u talba Marjana (preferibbilment is-Salve Regina). Fl-istess ġimgħa għandha tirċievi s-sagramenti tal-qrar u t-tqarbin sabiex tkun tista’ tinħeles mit-tbatija ta’ dnubietha. Din l-Indulġenza tista’ tinkiseb ukoll għal ruħ fil-purgatorju.
  • Ħarġa Grupp Ħbiberija:  Nhar il-Ġimgħa ser issir il-ħarġa tal-Grupp Ħbiberija.  Se mmorru għal quddiesa ġewwa l-Millenium Chapel fid-9.00am u nkomplu b’brunch. Nistgħu nieħdu l-opportunita’ biex nirċievu l-Indulġenza Plenarja.
  • Ġimgħa ta’ talb għall-Għaqda tal-Insara: Minn nhar is-Sibt, l-Insara kollha madwar id-dinja jiċċelebraw il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara. Matul din il-ġimgħa, mħeġġa nitolbu biex isseħħ l-għaqda fost l-Insara kif irid Kristu.
  • Il-Kors 10K huwa kors fuq l-10 kmandamenti ser isir fil-knisja tas-Swatar u ser ikun miftuħ għal żgħażagħ u koppji żgħar. Il-kors ser jibda t-Tlieta 21 ta’ Jannar fis-7.15pm, u jkompli kull nhar ta’ Tlieta. min ikun interessat li jattendi għal kors jirreġistra fuq is-sit www.10k.mt
  • Festa Liturġika ta’ San Ġiljan:
  • Fl-okkażjoni tal-festa Liturġika ta’ San Ġiljan li tiġi ċċelebrata nhar it-Tnejn 27 ta’ Jannar sa jkollna dan il-programm:
  • Nhar il-Ħadd 19 ta’ Jannar – Għoti tad-Demm fil-Każin Banda San Giljan bejn it-8.30am u s-1.00pm.
  • Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Jannar sa ssir Dimostrazzjoni mit-tfal ta’ l-iskola Primarja bl-istatwa ta’ San Giljan bis-sehem tal-Banda Spinola mill-iskola primarja sal-Knisja ta’ Lapsi fejn issir quddiesa tal-festa għat-tfal fid-9am.
  • Il-parroċċa qed torganiżża Quddiesa fil-kappella ta’ San Ġiljan ġewwa l-Isla nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Jannar u wara mmorru nieklu f’Enchante’ Restaurant, l-Isla stess.  It-trasport jitlaq fis-6pm.  Bookings mill-uffiċċju parrokkjali.
  • Nhar it-Tnejn, jum il-festa, fis-6.30pm, ser issir quddiesa tal-Festa Liturġika fil-Knisja Parrokkjali animata mis-St Julian’s Choral Group u l-Banda San Ġiljan. Inħeġġu lil kullħadd, speċjalment kummissjonijiet u għaqdiet, biex jattendu.
  • Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu sa Ġunju li ġej u li lestew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar is-Sibt 25 ta’ Jannar fl-10.30am fis-Sala tal-Konferenzi.  Bookings fl-Uffiċċju Parrokkjali.
  • Ġabra: Nirringrazzjawkom tal-ġabra li għamilna il-weekend li għada li laħqet is-somma ta’ €1,435.  Grazzi tal-ġenerosita’ tagħkom.
  • Door of the Jubilee of Hope: The door of the Millenium Chapel in our parish has been chosen as one of the doors of the Jubilee.  In order to obtain a Plenary Indulgence one needs to visit this church in reverence, spend some time in adoration, pray the Our Father, the Creed and a Marian prayer (preferably the Hail Holy Queen).  One must also receive the sacraments of reconciliation and communion during that same week to be freed of the pain of one’s sin.   This same indulgence can even be obtained for a soul in purgatory.
  • Grupp Hbiberija outing: The next outing is on Friday.  A mass will be held at 9am at the Millenium Chapel followed by a brunch.  We can take this opportunity to obtain a Plenary Indulgence.
  • Week dedicated to Christian Unity: On Saturday all Christians around the world celebrate the start of a week dedicated to praying for the unity of Christians.   During this week we are encouraged to pray for unity among Christians. 
  • A course entitled 10K regarding the 10 commandments will be starting at the Swatar parish and is aimed at youths and young couples.  It will start on Tuesday 21st January at 7.15pm and will continue every Tuesday.  One can apply on www.10k.mt.
  • St Julian’s Liturgical Feast: 
  • The following programme of events will be taking place on the occasion of the liturgical feast of St Julian:
  • On Sunday 19th January, the St Julians Band Club is organising a blood donation activity from 8.30am to 1pm.
  • On Wednesday a children’s demonstration with the statue of St Julian will be held from the primary school to Lapsi Church where a mass for children will be held at 9.00am.
  • The parish is organising holy Mass at the St Julian Chapel in Senglea on Friday 24th and will be followed by dinner at Enchante’ restaurant.  Transport departs at 6pm.  Bookings at the parish office.
  • Holy mass will be held on Monday at 6.30pm in the Parish Church on the occasion of St Julian’s Liturgical Feast animated by St Julian’s Choral Group and St Julian’s Band Club.  Everyone is encouraged to attend, in particular church commissions and groups.
  • Laqgħa mill-Qrib: There will be be a meeting for those couples who are getting married until July this year and who completed the Cana Course, on Saturday 25th January at 10.30am at the St Julians Centre.  Bookings may be made by calling the Parish Office.
  • Collection: We thank you for last week’s collection which amounted to €1,435.  We thank you for your generosity.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading