- Ġimgħa ta’ talb għall-Għaqda tal-Insara: Mil-lum/il-bieraħ, l-Insara kollha madwar id-dinja jiċċelebraw il-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara. Matul din il-ġimgħa, mħeġġa nitolbu u noffru xi sagrifiċċju biex isseħħ l-għaqda fost l-Insara kif irid Kristu.
- Ġublew ta’ Tama: Bħala parti mill-programm ta’ din il-Ġimgħa ta’ talb għall-Għaqda tal-Insara fis-Sena Ġubilari, l-Arċisqof se jkun qed imexxi Servizz Ekumeniku ta’ talb nhar il-Ġimgħa fis-6.30pm, fil-knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi, fejn ser jiġi ċċelebrat il-Ġublew ma’ Aħwa Nsara minn Knejjes oħra, bit-tema meħuda minn Ġw 11:26 “Temmnu inti dan?”.
- Festa Liturġika ta’ San Ġiljan:
- Fl-okkażjoni tal-festa Liturġika ta’ San Ġiljan li tiġi ċċelebrata nhar it-Tnejn 27 ta’ Jannar sa jkollna dan il-programm:
- Għada/Illum – Għoti tad-Demm fil-Każin Banda San Giljan bejn it-8.30am u s-1.00pm.
- Nhar l-Erbgħa sa ssir Dimostrazzjoni mit-tfal ta’ l-iskola Primarja bl-istatwa ta’ San Giljan bis-sehem tal-Banda Spinola mill-iskola primarja sal-Knisja ta’ Lapsi fejn issir quddiesa tal-festa għat-tfal fid-9.30am.
- Il-parroċċa qed torganiżża Quddiesa fil-kappella ta’ San Ġiljan ġewwa l-Isla nhar il-Ġimgħa u wara mmorru nieklu l-Enchante’ Restaurant, l-Isla stess. It-trasport jitlaq minn Ta’ Giorni fis-5.50pm u minn Spinola fis-6pm. Bookings mill-uffiċċju parrokkjali.
- Nhar it-Tnejn, jum il-festa, fis-6.30pm, ser issir quddiesa tal-Festa Liturġika fil-Knisja Parrokkjali animata mis-St Julian’s Choral Group u l-Banda San Ġiljan. Inħeġġu lil kullħadd, speċjalment kummissjonijiet u għaqdiet, biex jattendu.
- Laqgħa tal-Għarajjes – Preparazzjoni mill-Qrib: Dawk il-koppji li se jiżżewġu sa Ġunju li ġej u li lestew il-Kors ta’ Kana, huma mistiedna jattendu l-laqgħa ta’ tħejjija mill-qrib li ser issir nhar is-Sibt fl-10.30am fis-Sala tal-Konferenzi. Bookings fl-Uffiċċju Parrokkjali.
- Kunċizzjoni: Bejn it-22 u l-31 ta’ Jannar mhux se ssir il-quddiesa ta’ filgħaxija ġewwa l-kappella tal-Kunċizzjoni. Terġa’ tibda nhar it-Tnejn 3 ta’ Frar.
- Mother’s prayers: Nfakkrukom li nhar it-Tnejn u kull ħmistax qed isiru l-laqgħat imsemmija ‘Mother’s Prayers’ fejn ommijiet u nisa jiltaqgħu u jitolbu għal uliedhom jew ulied li jaddottaw f’qalbhom. Il-laqgħat isiru kull ġimgħatejn fid-9.30am fil-kamra numru 1. Inħeġġu lil dawk li jistgħu biex nitolbu għall-ġenerazzjoni ta’ għada.
- Week dedicated to Christian Unity: Today/yesterday all Christians around the world celebrate the start of a week dedicated to praying for the unity of Christians. During this week we are encouraged to pray and offer some sacrifice for unity among Christians.
- Jubilee of Hope: As part of this week dedicated to Christian Unity, the Archbishop will be leading an Ecumenical Service of prayer, on Friday at 6.30pm at the Siggiewi parish church, where the jubilee with our fellow Christians from other churches will be celebrated. The theme is taken from John 11: 26 “Do you believe this?”
- St Julian’s Liturgical Feast:
- The following programme of events will be taking place on the occasion of the liturgical feast of St Julian:
- Tomorrow/this morning, the St Julians Band Club is organising a blood donation activity from 8.30am to 1pm.
- On Wednesday a children’s demonstration with the statue of St Julian will be held from the primary school to Lapsi Church where a mass for children will be held at 9.30am.
- The parish is organising holy Mass at the St Julian Chapel in Senglea on Friday 24th and will be followed by dinner at Enchante’ restaurant. Transport departs from Ta’ Giorni at 5.50pm and from Spinola at 6pm. Bookings at the parish office.
- Holy mass will be held on Monday at 6.30pm in the Parish Church on the occasion of St Julian’s Liturgical Feast animated by St Julian’s Choral Group and St Julian’s Band Club. Everyone is encouraged to attend, in particular church commissions and groups.
- Laqgħa mill-Qrib: There will be be a meeting for those couples who are getting married until July this year and who completed the Cana Course, on Saturday at 10.30am at the St Julians Centre. Bookings may be made by calling the Parish Office.
- Kuncizzjoni: Please note that evening masses will not be celebrated between the 22nd and 31st January. Masses will start again as from the 3rd February.
- Mother’s prayers: May we remind you that on Monday and every fortnight the meetings ‘Mother’s prayers’ are being held at room 1 at 9.30am. This is an opportunity for mothers and women who have adopted children in their heart can pray for them together. We encourage all those who can join in to do so.

