- Grupp ta’ talb ta’ Padre Pio: Filwaqt li nfakkrukom li l-quddiesa fil-Kappella tal-Kunċizzjoni se terġa’ tibda ssir minnnhar it-Tnejn, se ssir ukoll il-laqgħa tal-grupp Padre Pio fil-knisja tal-Kunċizzjoni fl-4.30pm.
- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Fis-6.30pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.
- Viżta mill-Arcisqof: Nhar il-Ħadd 9 ta’ Frar, l-Arcisqof Charles J Scicluna se jiċċelebra l-quddiesa tad-9.30am magħna hawnhekk ġewwa San Ġiljan u l-quddiesa se tiġi trasmessa live fuq TVM2.
- Solennita’ tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl: Nhar it-Tnejn 10 ta’ Frar niċċelebraw is-Solennita’ tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. Infakkrukom li hija Festa li hemm l-obbligu tal-quddies. Il-ħin tal-quddies ikun fit-8.00am, fid-9.00am fil-Knisja ta’ Lapsi, fid-9.30am, fil-11.00am u fis-6.30pm. Ma jkunx hawn quddiesa tal-12.15pm. Il-quddiesa tal-Ħadd filgħaxija tkun tgħodd għall-festa.
- Dħul fl-iskejjel tal-knisja: Nixtiequ ninfurmawkom li se jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja mil-4 sas-27 ta’ Frar. Aktar informazzjoni fuq in-notice board u l-website www.knisja.mt
- Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Jannar għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Edwin Taliana, Peter Mula, Ann Camilleri, Patrick Borg Caruana, Victor Mangion, Marie Antoinette Beacom, Giljan Micallef u Mercedes Schembri Wismayer. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
- Padre Pio prayer group: While we remind you that the mass at the Immaculate Conception Chapel will start again on Monday/tomorrow, the next Padre Pio prayer meeting will be held at 4.30pm on Monday as well.
- First Friday: On Friday being first Friday there will be an adoration after evening Mass at 6.30pm.
- Visit by the Archbishop: Archbishop Charles J Scicluna will be celebrating the 9.30am mass on Sunday with us here in St Julians at the parish church. The mass will be transmitted live on TVM2.
- Solemnity of St Paul’s Shipwreck: We celebrate the feast of St Paul’s Shipwreck on Monday 10th February. Mass times will be at 8.00am, 9.00am at Lapsi Church, 9.30am, 11.00am and 6.30pm. There will be no 12.15pm Mass. The Sunday evening mass is valid for the feast.
- Entry into church schools: Applications for entry into church schools will be received between the 4th and the 27th February. More information is available on the notice board or at www.church.mt.
- Prayers for our faithful departed: We pray for Edwin Taliana, Peter Mula, Ann Camilleri, Patrick Borg Caruana, Victor Mangion, Marie Antoinette Beacom, Giljan Micallef and Mercedes Schembri Wismayer who entered eternal life during January. Eternal rest grant unto them O Lord …

