Il-Ġublew tat-Tama

Meta fid-9 ta’ Mejju 2024, il-Papa Franġisku ħabbar uffiċċjalment il-Ġublew 2025, ħareġ dokument, hekk imsejjaħ “Bolla ta’ Indizzjoni tal-Ġublew”. Fuq din is-sit, ser nibdew nuru siltieq qosra minn dan id-dokument.

Id-dinja tal-lum għaddeja minn żmien ta’ taqlib. Kristu hu t-tama tal-umanita’. Għalhekk il-Papa Franġsku jinsisti fuq il-ħtieġa tat-tama, li jsejħilha “dawl fid-dalma tal-lejl” u “ankra ta’salvazzjoni fit-tempesti tal-ħajja.”

Dan ifisser li nkunu Nsara mimlijin tama u nagħtu tama. Il-Papap Franġisku sejjaħ “It-Tama”:-

DON :- Mela nitolbuh lill-Ispirtu s-Santu u nikkultivawh dan id-don.

IMPENN :- Hija responsabbilta’ tagħna li nkunu sinjal u ħabbara għat-tama,

Lil min ? Fi kliem il-Papa Franġisku: “Lit-tfal u liż-żgħażagħ, lill-għarajjes u lill-miżżewġin, lill-ħabsin u lill-morda, lill-anzjani u lin-nanniet, lill-migranti u lill-foqra.”

B’ġesti sempliċi u konkreti. Fi kliem il-Papa Franġisku:

(i) Imqar bi tbissima;

(ii) B’ġesti ta’ ħbiberija;

(iii) B’ħarsa fraterna;

(iv) B’widna sinċiera;

(v) Nagħtu servizz b’xejn (volontarjat).

Ejjew nipprofittaw minn dan iż-żmien speċjali. Nirriflettu fuq it-temi tal-Ġublew u jalla l-Ġublew iħalli frott kotran, fosthom il-ferħ u l-paċi fina u madwarna.

Mons. Carmelo Mercieca

Dan l-artiklu flimkien ma’ oħrajn li ser nippubblikaw ġew riprodotti fuq din is-sit bil-permess ta’ Mons. Carmelo Mercieca

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading