Il-Logo tal-Ġublew

Is-Salib ta’ Kristu huwa t-tama tagħna.  Għandna bżonn it-tama kuljum, speċjalment fil-mumenti tqal tal-ħajja.  Is-Salib ta’ Kristu forma ta’ qlugħ imbuttat ‘l quddiem mill-qawwa tal-Ispirtu s-Santu u s-Salib isir “ankra” li hu simbolu tat-tama.

Il-mewġ ifisser il-mewġ imqalleb tal-ħajja.  Spiss it-taqlib u l-ġrajjiet fid-dinja u fil-ħajja personali jeħtieġu doża qawwija ta’ tama.

Il-figuri jirrapreżentaw l-umanita’ kollha mill-erba’ rkejjen tad-dinja: It-tramuntana, in-nofsinhar, il-lvant u l-punent.  Kollha jħaddnu lil xulxin biex ifissru s-solidarjeta’ fost il-popli.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading