- Eżerċizzi: Nhar l-Erbgħa ikolna l-aħħar laqgħa tal-eżerċizzi għal kulħadd fil-Knisja Parrokkjali fis-7.00pm.
- Irtir: L-eżerċizzi jispiċċaw b’irtir it-Tnejn 31 ta’ Marzu filgħodu, festa pubblika. Nibdew bil-quddiesa fid-9am fil-Knisja parrokkjali, imbagħad inkomplu b’żewġ sessjonijiet fis-sala tal-konferenzi. Imexxi Fr Luke Seguna.
- Lectio Divina: Nhar il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija issir r-raba’ Lectio Divina fil-Knisja Parrokkjali.
- Żjara għall-Mosta: Nhar l-Erbgħa ser issir żjara sal-Knisja Ġubiljari tal-Mosta. Nitilqu minn Ta’ Giorni fid-8.50am, Spinola fid-9am u niġu lura għall-ħabta tas-1pm. Donazzjoni ta’ €15 tinkludi t-trasport u snack. Bookings fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar it-Tnejn.
- Żjara fil-familja: Qegħdin fil-proċess li nżuru l-familji li ma żorniex mill-2020 ‘l hawn. Jekk toqgħod fi Triq il-Karmnu u ma kkuntattjajnikx jew jekk ġejt toqgħod f’din it-triq riċentement, tistgħu tikkuntattjaw l-uffiċċju biex tagħmlu appuntament għal żjara fil-familja.
- Kummissjoni Djakonija: Tpoġġew qfief fil-Knejjes kollha għall-ġbir ta’ ikel, toiletries u detergents għall-familji fil-bżonn. Jekk hemm min jixtieq joffri li jipprepara ikla tal-Għid jew joffri xi donazzjoni għall-familji fil-bżonn, jista’ jkellimna. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem.
- Eżerċizzi għall-persuni separati: Dawn se jsiru fil-Kurja tal-Arċisqof bejn it-Tlieta l-1 t’April u l-Ġimgħa 4 t’April fis-6.30pm. Wieħed jista’ japplika fuq https://parrocci.knisja.mt/forms/ezercizzi-ghall-persuni-separati/ jew jikkuntattja l-uffiċċju parrokkjali.
- Lenten talks: On Wednesday there is the final lenten talk for everyone at the Parish Church at 7:00 pm.
- Retreat: The talks will end with a retreat on Monday, March 31st, in the morning, which is a public holiday. We start with holy Mass at 9am followed by two sessions in the St Julians Centre hall. Sessions are led by Fr Luke Seguna.
- Lectio Divina: On Friday, after the evening Mass, the fourth Lectio Divina will take place at the Parish Church.
- Visit to Mosta: This Wednesday there will be a visit to the Jubilee Church of Mosta. We will depart from Ta’ Giorni at 8:50 am, Spinola at 9:00 am, and return around 1:00 pm. A donation of €15 includes transport and snack. Bookings can be made at the parish office by Monday.
- Family Visits: We are in the process of visiting families we have not visited since 2020. If you live in Carmel Street and have not been contacted, or if you have recently moved to this street, please contact the office to arrange an appointment for a family visit.
- The Diaconia Commission is collecting food items, toiletries and detergents in the baskets provided at the back of the Church. It will also be distributing a warm meal to the Parish’s needy families again. Anyone who would like to help out or even make a donation can contact the Parish Office. We thank you in advance.
- Lenten Talks for Separated persons: These will take place in Maltese from Tuesday 1st April to Friday 4th April at the Archbishop’s Curia at 6.30pm. One can apply online at https://parrocci.knisja.mt/forms/ezercizzi-ghall-persuni-separati/ or contact the parish office.

