It-Tama ma Tqarraqx (2)

  • Titlifx it-Tama.
  • It-tama tagħtik l-enerġija biex tissokta fi triqtek meta tħossok li ser iċċedi.
  • Tħallix il-mumenti ħżiena jegħlbuk.  Stabar u dawk jaddu.
  • Toqgħodx lura milli titlob l-għajnuna mingħand xi ħadd.  Kulħadd ifittex l-għajnuna mument jew ieħor.
  • Qis li ma tħossokx tellief meta xi pjanijiet jew ħolm tiegħek ma jirnexxux.  Ibqa’ ttama.
  • Tinsiex kif titbissem.  U tarahiex bi kbira li tibki.  Huwa billi tagħmel it-tnejn li huma li tkun kapaċi tgħix ħajtek fil-milja tagħha.
  • San Patri Piju kien jagħti din ir-riċetta:  Prega – Spera – E non Preoccupati li tfisser ITLOB, ITTAMA U TINKWETAX.

Giovanni Marchione kien qal hekk:

  • Ħaddem it-tama li hemm fik;
  • Ħares it-tama li hemm fik;
  • It-tama tagħti kulur lil ħajtek;
  • It-tama hi r-rimja tal-ħajja;
  • It-tama tibqa’ sħiħa u soda anke meta l-Mulej jittardja biex jgħinna.

Ħsibijiet miktuba minn Mons. Carmelo Mercieca

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading