Programm Sħiħ tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa 2025

L-Erbgħa 5 ta’ Marzu 2025 – Ras ir-Randan. Qrar fil-knisja parrokkjali bejn is-6.00pm -8.00pm.  Quddiesa fis-6.30pm

Il-Ħamis 6 ta’ Marzu 2025 – Ċelebrazzjoni għat-tfal tal-katekiżmu fil-bidu tar-Randan Imqaddes fil-5.15pm

Il-Ġimgħa 7 ta’ Marzu 2025 – Lectio Divina u Adorazzjoni fil-knisja parrokkjali wara l-Quddiesa tas-6.30pm

Il-Ħadd 9 ta’Marzu 2025 – L-Ewwel Ħadd tar-Randan – Quddiesa għall-Familji fid-09.30am fil-knisja parrokkjali.

It-Tlieta 11 ta’ Marzu 2025 – Ċelebrazzjoni għat-tfal tal-katekiżmu fil-bidu tar-Randan Imqaddes fil-5.00pm.

L-Erbgħa 12 ta’ Marzu 2025 – Fis-7.00pm Eżerċizzi Spiritwali fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan.

Il-Ġimgħa 14 ta’ Marzu 2025 – Lectio Divina fil-knisja parrokkjali wara l-Quddiesa tas-6.30pm.

Il-Ħadd 16 ta’ Marzu 2025 – It-Tieni Ħadd tar-Randan

L-Erbgħa 19 ta’ Marzu 2025 – Festa Pubblika imma xorta ser ikollna l-Eżerċizzi Spiritwali. Fis-7.00pm Eżerċizzi Spiritwali fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan. 

Il-Ġimgħa 21 ta’ Marzu 2025 – Lectio Divina fil-knisja parrokkjali wara l-Quddiesa tas-6.30pm.

Il-Ħadd 23 ta’ Marzu 2025 – It-Tielet Ħadd tar-Randan

L-Erbgħa 26 ta’ Marzu 2025 – Fis-7.00pm Eżerċizzi Spiritwali fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan.

Il-Ġimgħa 28 ta’ Marzu 2025 – Lectio Divina fil-knisja parrokkjali wara l-Quddiesa tas-6.30pm.  Fit-8.00pm fil-knisja Ta’ Lapsi – kunċert ta’ mużika adattata għal dan iż-żmien, mis-Soċjeta’ Mużikali Spinola.

Il-Ħadd 30 ta’ Marzu 2025 – Ir-Raba Ħadd tar-Randan

It-Tnejn 31 ta’ Marzu 2025 –  Irtir tar-Randan u għeluq tal-Eżerċizzi Spiritwali fis-sala taċ-Ċentru San Ġiljan.  Nibdew fid-09.00am bil-Quddiesa fil-knisja parrokkjali.  Illum hija festa pubblika.

Il-Ġimgħa 4 t’ April 2025 – Lectio Divina u Adorazzjoni fil-knisja parrokkjali wara l-Quddiesa tas-7.00pm. 

Is-Sibt 5 t’ April 2025 – Ċelebrazzjoni tar-Randan għat-tfal tal-katekiżmu (is-sitt sena) bejn 4.30pm – 6.00pm.

Il-Ħadd 6 t’April 2025 – Il-Ħames Ħadd tar-Randan

It-Tlieta 8 t’April 2025 – It-Triq tas-Salib għat-tfal fil-5.00pm

L-Erbgħa 9 t’April 2025 – Qrar għal kulħadd fil-knisja parrokkjali bejn is-6.30pm – 8.30pm.  Ikun hawn ukoll saċerdoti minn barra l-parroċċa.

Il-Ħamis 10 t’April 2025 – It-Triq tas-Salib għat-tfal fil-5.15pm

Il-Ġimgħa 11 t’April 2025 – Marija Addolorata.  Pellegrinaġġ fis-6.30pm segwit bil-Quddiesa fil-knisja parrokkjali.

Is-Sibt 12 t’ April 2025 – Quddiesa ta’ Ħadd il-Palm fis-6.30pm fil-knisja parrokkjali animata mis-St Julians Choral Group.  Isir it-tberik tal-weraq taż-żebbuġ.

Il-Ħadd 13 t’ April 2025 – Ħadd il-Palm – Fid-09.00am ninġabru fejn il-knisja Ta’ Lapsi u nagħtu bidu għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il-Palm u wara nimxu sal-knisja parrokkjali fejn fid-09.30am tkompli l-Quddiesa għall-Familji.  Fit-8.00pm, fil-knisja Ta’ Lapsi, ikollna riflessjonijiet dwar id-Deposizzjoni ta’ Ġesu’.  Kulħadd mistieden.

It-Tnejn 14 t’ April 2025 – Wara l-Quddiesa tas-7.00pm fil-knisja parrokkjali nibdew il-Via Sagra fl-istess knisja, nkomplu lejn il-każin tal-Banda San Ġiljan, il-kappella tal-Kunċizzjoni, il-każin tas-Soċjeta mużikali Spinola u ntemmu din il-Via Sagra fil-Millennium Chapel fejn anke nitolbu it-talba tal-Ġublew.

It-Tlieta 15 t’ April 2025 – Il-Quddiesa fil-knisja parrokkjali tkun fis-6.30pm.  Fis-7.30pm  ser jittella’ kunċert b’mużika adattata għal dan iż-żmien mill-Banda San Ġiljan.

Il-Ħamis 17 t’ April 2025 – Ħamis ix-Xirka – Fis-7.00pm Tifkira tal-aħħar ikla tal-Mulej u ħasil tar-riġlejn, fil-knisja parrokkjali.  Bejn l-10.00pm u l-11.00pm ikun hawn adorazzjoni organiżżata fil-knisja parrokkjali.  Fil-5.30pm ikun hemm Quddiesa kemm fil-kappella tal-Kunċizzjoni kif ukoll fil-knisja Ta’ Lapsi.

Il-Ġimgħa 18 t’ April 2025 – il-Ġimgħa l-Kbira –  Fit-08.00am fil-knisja parrokkjali isir l-uffiċċju tal-qari.  Fit-3.00pm tibda it-Tifkira tal-Passjoni u l-Adorazzjoni tas-salib.

Is-Sibt 19 t’ April 2025 – Sibt il-Għid – Fit-8.00pm tibda iċ-ċelebrazzjoni tal-Qawmien mill-Imwiet tal-Mulej fil-knisja parrokkjali.  Wara nieħdu xi ħaġa flimkien fuq iz-zuntier tal-knisja.

Il-Ħadd 20 t’ April 2025 – L-Għid il-Kbir – Fid-09.30am, tibda’ quddiesa fil-knisja parrokkjali segwita bit-tberik tal-figolli u wara s-soċjeta’ Mużikali Spinola tagħti bidu għad-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading