AVVIŻI – PARISH NOTICES .. 12 – 13 ta’ April 2025

  • Riflessjonijiet:   Illejla fis-7.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi sa tittella’ serata ta’ qari sagru, mużika u riflessjoni, marbuta mal-pittura tad-Diposizzjoni ta’ Kristu minn fuq is-salib ta’ Mattia Preti li tinsab fl-istess knisja.  Permezz ta’ meditazzjonijiet nagħmlu vjaġġ fil-misteru tal-Kruċifissjoni u niskopru l-messaġġ ta’ tama fid-dawl tas-Sena tal-Ġublew.
  • Via Sagra:  Nhar it-Tnejn fis-7.30pm ser issir Via Sagra li tibda mill-Knisja Parrokkjali, tkompli f’dawn il-postijiet: Każin Banda San Ġiljan, Kappella tal-Kunċizzjoni, Każin Spinola u nispiċċaw fil-Millenium Chapel fejn ngħaddu wkoll mill-Bieb tat-Tama.  Infakkrukom li tista’ tintrebaħ indulġenza plenarja skond il-kundizzjonijiet tas-soltu.
  • It-Tlieta: Il-quddiesa ta’ filgħaxija se ssir fis-6.30pm, filwaqt li fis-7.30pm isiru riflessjonijiet imtellgħin mill-kummissjoni kateketika bis-sehem tal-katekisti u t-tfal akkompanjati mill-Banda San Ġiljan.
  • Seba’ viżti:  Se jsir pellegrinaġġ nhar il-Ġimgħa l-Kbira fejn inżuru altari ta’ riposizzjoni f’kappelli u knejjes fir-Rabat.  Nitilqu minn ta’ Giorni fid-8.50am u Spinola fid-9.00am u naslu lura sas-12.45pm b’donazzjoni ta’ €5.  Booking fl-uffiċċju parrokkjali.
  • TRIDU TAL-GĦID
  • Ħamis ix-Xirka:  
  • Filgħodu ma jsirx quddies ħlief fid-9.30am fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann immexxija minn Mons. Arċisqof, fejn jitbierku ż-żjut li jintużaw fis-sagramenti u aħna s-saċerdoti nġeddu l-wegħdiet tas-saċerdozju tagħna.  Filgħaxija l-quddies isir hekk:  
    • Fil-5.15pm fil-Kappella tal-Kunċizzjoni;Fil-5.30pm issir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi u wara jsiru s-Seba’ Viżti organiżżati għall-komunita’;Fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali Tifkira tal-aħħar Ikla tal-Mulej, bir-rit tal-ħasil tar-riġlejn;
    • Fl-10.00pm issir siegħa adorazzjoni organiżżata.
  • Il-Ġimgħa l-Kbira:        Jum ta’ Sawm u Astinenza
    • Il-Knisja tiftaħ mis-7.30am sa’ nofsinhar għall-viżti;
    • Fit-8.00am ser ikollna l-uffiċċju tal-qari u l-Lawdi (t-talba ta’ filgħodu);
    • Fit-3.00pm issir il-funzjoni bil-Qari tal-Passjoni, Adorazzjoni tas-Salib u Tqarbin.
  • Sibt il-Għid:                  Filgħodu ma jsirx quddies;
    • Fid-9am ser ikollna l-uffiċċju tal-qari u l-Lawdi fil-Kappella tal-Kuncizzjoni;
    • Fit-8.00pm tibda ċ-Ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid.
  • L-Għid il-Kbir: Il-ħin tal-quddies ikun bħas-soltu.  Wara l-quddiesa tad-9.30am jitbierku u jitqassmu l-figolli lit-tfal fuq iz-zuntier tal-Knisja.
  • Wirja:  Qiegħda tittella’ wirja ta’ statwi tax-xemgħa marbuta mal-passjoni tal-Mulej fil-Każin Banda San Ġiljan.  Ix-xogħolijiet tal-arti huma ta’ Fr Charles Vella. Din il-wirja tibqa’ miftuħa sa nhar is-Sibt u l-ħinijiet tistgħu ssibuhom fuq il-banner fil-bieb tal-lemin tal-Knisja Parrokkjali jew fuq in-noticeboards. 
  • Coffee morning: Nhar it-Tlieta filgħodu hemm coffee morning fis-sala tal-konferenzi.
  • Reflections:  This evening at 7.30pm at Lapsi church a profound evening of sacred texts, music, and reflection, centered on Mattia Preti’s masterful depiction of The Descent of Christ from the Cross will be held. Through scripture, theological meditations, and poetic expressions of faith, we will journey through the mystery of the Cross and discover its message of hope in the light of the Jubilee Year.
  • Via Sagra: A Via Sagra will be held on Monday at 7.30pm.  It starts at the parish church, and continues as follows: St Julians Band Club, Immaculate Conception Chapel, Spinola Band Club and ends at the Millenium Chapel where we also go through the Door of Hope.
  • Tuesday:  The evening mass will be held at 6.30pm, while at 7.30pm there will be reflections presented by the Catechetical Commission with the participation of the catechists and children, accompanied by the St Julians Band.
  • Seven visits: On Good Friday we shall be organising a pilgrimage where we shall visit altars of repose in churches and chapels in Rabat.  We leave from Ta’ Giorni at  8.50am and Spinola at 9am and return by 12.45pm, against a donation of €5.   Bookings at the parish office.
  • EASTER TRIDUUM
  • Maundy Thursday:   Mass is not celebrated in the morning except at St John’s co-Cathedral at 9.30am led by the Archbishop during which priests renew their vows and the oils used for the Sacraments are blessed.  Evening Masses will be held as follows:
  • 5.15pm at the Chapel of the Immaculate Conception;
  • 5.30pm at Lapsi Church after which the Seven Visits will be led for the community;
  • 7.00pm at the parish church which includes the washing of the feet of members of the community;
  • 10.00pm to 11.00pm: organised adoration in the Parish Church.
  • Good Friday:                  A day of fasting and abstinence
  • The Parish Church opens at 7.30am to noon for prayer.
  • At 8.00am we celebrate the Office of Readings and Lauds (morning prayer).
  • At 3.00pm: Good Friday function, reading of the Passion, Adoration of the Cross and Communion.
  • Easter Vigil:              Churches are closed in the morning.
  • At 9.00am we celebrate the Office of Readings and Lauds (morning prayer) at the Immaculate Conception Chapel.
  • 8.00pm: Celebration of the Easter Vigil.
  • Easter Sunday: After 9.30am mass, figolli will be blessed and given out to the children on the Church parvis.  Mass times will be the same as every Sunday.
  • Exhibition: An exhibition of wax figures of the passion of our Lord made by Fr Charles Vella is open at the St Julians Band Club.  The opening times are on the banner at the church door on the right and on the noticeboards. The exhibition will remain open until Saturday.
  • Coffee morning:  On Tuesday there is a coffee morning at the conference hall.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading