AVVIŻI – PARISH NOTICES 5 – 6 t’April 2025

  • Fund raising:  Dan il-weekend għandna figolli home made għall-bejgħ magħmulin bil-lewż pur għall-bejgħ għall-prezz ta’ €10.00.  Il-ġbir kollu jmur għall-bżonnijiet tal-parroċċa.
  • Grupp ta’ talb ta’ Padre Pio: Nhar it-Tnejn issir il-laqgħa tal-grupp Padre Pio fil-knisja tal-Kunċizzjoni fl-4.30pm.
  • Servizz ta’ Qrar:  Nhar l-Erbgħa mis-6.30pm sat-8.30pm ikun hawn ħin għall-qrar fil-Knisja Parrokkjali.  Se jkun hemm Ġesu Sagramentat espost barra l-hin tal-quddiesa.
  • Festa tad-Duluri (il-Ġimgħa):
    • Fil-5.15pm issir quddiesa fil-Kappella tal-Kunċizzjoni;
    • Fil-5.30pm issir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi;
    • Fis-6.30pm isir il-pellegrinaġġ penitenzjali ma’ Marija Addolorata mill-car park ta’ fejn il-Knisja, titla’ Triq Lapsi, iddur lejn Triq Sant’Anglu, tinżel Telgħet B’Kara, tgħaddi minn Triq il-Kbira u Triq Mons Guido Calleja u tidħol lura lejn il-Knisja Parrokkjali.  Il-quddiesa ta’ filgħaxija tibda għall-ħabta tat-7.45pm.
  • Ħadd il-Palm: Nhar il-Ħadd, isir it-tberik taż-żebbuġ fil-Knisja ta’ Lapsi fid-9.00am. Inħeġġu lit-tfal li jiġu libsin ta’ personaġġi bibliċi biex imbagħad nimxu proċessjonalment lejn il-Knisja Parrokkjali fejn tkompli l-quddiesa fid-9.30am bis-sehem tat-tfal.   
  • Riflessjonijiet:   Nhar il-Ħadd fit-8.00pm fil-Knisja ta’ Lapsi sa tittella’ serata ta’ qari sagru, mużika u riflessjoni, marbuta mall-pittura tad-Diposizzjoni ta’ Kristu minn fuq is-salib ta’ Mattia Preti li tinsab fl-istess knisja.  Permezz ta’ meditazzjonijiet u kitba poetika tal-fidi, se nagħmlu vjaġġ fil-misteru tal-Kruċifissjoni u niskopru l-messaġġ ta’ tama fid-dawl tas-Sena tal-Ġublew. Jieħdu sehem Dr Philip Farrugia Randon, il-Cordia String Ensemble u s-Soprano Dorothy Camilleri Baldacchino. Nħeġġukom tattendu.
  • Kummissjoni Djakonija: Din hi l-aħħar ġimgħa għall-ġbir ta’ ikel, toiletries u detergents għall-familji fil-bżonn. Jekk hemm min jixtieq joffri li jipprepara ikla tal-Għid jew joffri xi donazzjoni għall-familji fil-bżonn, jista’ jkellimna. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem.
  • Seba’ viżti:  Se jsir pellegrinaġġ nhar il-Ġimgħa l-Kbira fejn inżuru altari ta’ riposizzjoni f’kappelli u knejjes fir-Rabat.  Nitilqu minn ta’ Giorni fid-8.50am u Spinola fid-9am u naslu lura sas-12.45pm b’donazzjoni ta’ €5.  Booking fl-uffiċċju parrokkjali. 
  • Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju: Bħal snin oħra, is-Segretarjat Assistenza Soċjali tal-Azzjoni Kattolika se jorganizza “Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju” minn nhar il-Ġimgħa tad-Duluri sal-Ġimgħa l-Kbira, jiġifieri bejn il-11 u t-18 ta’ April, bit-tema magħżula għal din is-sena “Il-Ferħ fl-Għotja”.  Fl-għotja tagħna nfusna lil min hu fid-diffikultà niskopru l-ferħ tal-ispirtu tal-Mulej. Għaldaqstant min jixtieq jagħti donazzjoni jista’ jitfaħa f’envelope indirizzat “Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju” u jagħtiha lill-Kappillan sa l-Għid il-Kbir. 
  • Myanmar:  Fuq talba tal-Isqfijiet, il-Caritas qed tappella għal donazzjonijiet ta’ flus b’risq il-poplu tal-Myanmar li bħalissa għaddej minn tbatija kbira minħabba t-terrimot qawwi li laqtu.  L-għajnuna se tissarraf f’ikel, ilma, akkommodazzjoni u oġġetti tal-iġjene personali bl-aktar immedjat tkun sejħa għall-ikel u wkoll kenn f’postijiet għal min tilef kollox. Donazzjonijiet jistgħu isiru kif hemm fuq in-notice boards tal-knisja parrokkjali jew tgħadduhom lill-Kappillan.
  • Avviż: Ġejna nfurmati li tqassmu kotba żgħar fid-djar bl-isem ‘Għajnuna minn Fuq’ b’sejħa għal donazzjoni.  Dawn ġew ippublikati mill-Knisja Evanġelika b’introduzzjoni minn Paul Mizzi.  Navżawkom li dan mhux il-Kappillan.
  • Talb għall-mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar ta’ Marzu għaddew għall-ħajja ta’ dejjem Liliana Fenech, Marianna Spiteri, Alfred Cacciattolo, Joseph Lovegrove, Lilian Galea Souchet, Julian Caruana u Toni Stivala. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
  • Fund raising: This weekend in April we have traditional home made pure almond figolli for sale for €10.00.  All proceeds will go for the needs of the parish. 
  • Padre Pio prayer group: The next meeting will be held on Monday at 4.30pm at the Immaculate Conception Chapel.
  • Confessions: On Wednesday from 6.30pm to 8.30pm there will be priests available for confessions as well as time for silent adoration in front of the Blessed Sacrament in the Parish Church.
  • Feast of Our Lady of Sorrows (Friday):
  • 5.15pm: Evening Mass at the Immaculate Conception Chapel;
  • 5.30pm: Evening Masses at Lapsi Church;
  • 6.30pm: Penitential pilgrimage with the statue of Our Lady of Sorrows, leaving from the parish church’s car park, up Lapsi Street, into St Angelo Street, down B’Kara Hill, through Main Street and Mons Guido Calleja Street and back to the Parish Church, followed immediately by Mass at about 7.45pm.
  • Palm Sunday: On Sunday at 9.00am the olive tree branches will be blessed at Lapsi Church.  We encourage all children to dress up as biblical personalities so that we will then proceed to the parish church where Mass will continue at 9.30am with the children’s participation.
  • Reflections:  A profound evening of sacred texts, music, and reflection, centered on Mattia Preti’s masterful depiction of The Descent of Christ from the Cross. Through scripture, theological meditations, and poetic expressions of faith, we will journey through the mystery of the Cross and discover its message of hope (spes) in the light of the Jubilee Year with the participation of Dr Philip Farrugia Randon, the Cordia String Ensemble and Soprano Dorothy Camilleri Baldacchino. This will be held at Lapsi Church on Sunday at 8pm.  Your attendance is encouraged.
  • The Diaconia Commission: This is the last week where we are collecting food items and toiletries.  We will also be distributing a warm meal to the Parish’s needy families again.  Anyone who would like to help out or even make a donation can contact the Parish Office.  We thank you in advance.
  • Seven visits: On Good Friday we shall be organising a pilgrimage where we shall visit altars of repose in churches and chapels in Rabat.  We leave from Ta’ Giorni at  8.50am and Spinola at 9am and return by 12.45pm, against a donation of €5.   Bookings at the parish office.
  • Week of Sacrifice: As in previous years, the Social Assistance Segretariat is organising a week of Sacrifice from our Lady of Sorrows to Good Friday, based on this year’s theme “The joy of giving”.  It is in giving that we discover the joy of the spirit of our Lord.   Anyone wishing to make a donation can place it in an envelope addressed to “Week of Sacrifice” and pass it on to the parish priest.
  • Notice:   We have been informed that a booklet entitled ‘Help from Above’ is being distributed and is asking for donations.  These have been published by the Evangelical Church  and include an introduction by Paul Mizzi.  This is not the parish priest.
  • Myanmar:  Caritas Malta on behalf of our bishops is appealing for monetary donations in aid of Myanmar that is going through great suffering following the earthquake. Aid will include food, water, accommodation and personal hygiene items, the most urgent being food and shelter for those who lost everything.  Donations can be effected as shown on the notice boards via online banking or one can pass on the donation to the parish priest.
  • Prayers for our faithful departed: We pray for Liliana Fenech, Marianna Spiteri, Alfred Cacciattolo, Joseph Lovegrove, Lilian Galea Souchet, Julian Caruana and Tony Stivala who entered eternal life during March.  Eternal rest grant unto them O Lord …

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading