AVVIŻI– PARISH NOTICES 10 – 11 ta’ Mejju 2025

  • Assemblea Parrokkjali:  L-Assemblea Parrokkjali se ssir nhar l-Erbgħa fis-7.30pm fis-sala tal-konferenzi.  Kulħadd, b’mod speċjali l-operaturi pastorali, hu mħeġġeġ jattendi.  Min ma jistax jattendi, lestejna formola (tinsab fejn il-bibien tal-knisja)  li sa tintuża fil-workshops biex tieħduha magħkom, timlewha u tgħadduhilna matul din il-ġimgħa.
  • Jum il-Karita’: Bħalissa l‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed toffri residenza u sapport lil madwar 1,600 persuna, inklużi tfal, żgħażagħ, anzjani (inklużi saċerdoti), persuni b’diżabilità, nies bla saqaf fuq rashom fost oħrajn. Permezz tad‑Djakonija fil‑parroċċi, il-Knisja tgħin ukoll ħafna familji fil‑bżonn.
  • Għalhekk il-ġabra li sa ssir il-weekend li ġej imorru għal dawn l-entatijiet. Niftakru li il-karita’ li nagħmlu ġġib it-tama lil dawk li huma fil-bżonn u billi qegħdin f’dan il-Ġublew tat-Tama, niftakru li l-ħniena tagħna għandha tispikka b’mod partikulari.
  • Nixtiequ nieħdu din l-okkażjoni biex, f’isem Monsinjur Arċisqof, nirringrazzjaw lil dawk kollha li joffru ruħhom fil-volontarjat f’dawn l-opri ta’ karità. Nappellaw biex aktar persuni jitħajru minnhom. 
  • Grupp Ħbiberija:  Il-ħarġa li jmiss se ssir nhar il-Ħamis 23 ta’ Mejju.  Nitilqu minn Ta’ Giorni fid-9am u Spinola fid-9.15am fejn immorru għal quddiesa fid-Dar tal-Providenza u wara nieħdu xi ħaġa s-Siggiewi. 
  • Ġabra għall-festa:  Nirringrazzjawkom tal-ġabra li saret matul il-weekend li għadda li leħqet is-somma ta’ €1,580.
  • Jum l-Omm: Nawguraw lill-ommijiet kollha f’dan il-jum iddedikat lilkom. Il-Mulej iberikkom.
  • Avviż Kunsill Lokali:  Se ssir ħarġa fl-okkazzjoni ta’ Jum l-Omm nhar it-Tlieta u tinkludi buffet breakfast u tombla. Kull min hu interresat jew irid aktar informazzjoni għandu jikkuntattja l-Kunsill Lokali.
  • Parish assembly:  The Parish assembly will be held on Wednesday at 7.30pm at the conference hall.  Everyone is encouraged to attend, especially pastoral operators.  To those who cannot attend, there is a form at the church doors that will be used during the workshop that one can fill up at home and return to us during this week.
  • Day of Charity:  The Archdiocese of Malta is currently offering shelter and support to around 1,600 persons including children, youths, the elderly (including priests), the disabled, and the homeless among others.  The church also helps families in need by means of the diaconia work in its parishes.
  • Therefore, the collection that will take place this coming weekend will go to these entities. Let us remember that the charity we carry out brings hope to those in need, and as we are in the Jubilee Year of Hope, let us remember that our mercy should stand out in a special way.
  • We would like to take this opportunity, on behalf of the Archbishop, to thank all those who offer themselves as volunteers in these works of charity. We appeal for more people to be inspired to join them.
  • Grupp Hbiberija Outing:  The next outing will be held on Thursday 23rd May.  We leave from Ta’ Giorni at 9am and Spinola at 9.15am.  We will celebrate Mass at Dar tal-Providenza and continue with a brunch in Siggiewi.
  • Collection for the feast of St Julian:  We thank you for last weekend’s collection that amounted to €1,580.
  • We wish a Happy Mother’s Day to all mothers.  May God bless you all.
  • Local Council Notice:  An outing will be held on Tuesday on the occasion of Mother’s Day and includes a buffet breakfast and bingo. Anyone who is interested or would like more information should contact the Local Council.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading