- Festa ta’ San Ġiljan:
- Nhar il-Ġimgħa 22 t’Awwissu fis-7.00 p.m. sa ssir Liturġija Penitenzjali li fiha jiġi offrut is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni b’mod individwali. Nfakkrukom li fl-okkażjoni tal-Ġublew tat-Tama, l-Indulġenza Plenarja tingħata lil min jieħu sehem fil-Quddiesa Solenni nhar il-jum tal-Festa Titulari. Waħda mill-kundizzjonijiet biex tintrebaħ din l-indulġenza hi li fi żmien għoxrin (20) ġurnata, wieħed irid ikun qerr. Għalhekk biex nagħmluha aktar faċli li tintrebaħ din l-Indulġenza f’dan il-Ġublew sa ssir din il-Liturġija Penitenzjali. Dakinhar ‘l Quddiesa tas-7.00 p.m. issir fis-6.30 p.m.
- Nhar is-Sibt 23 t’Awwissu fit-7.45pm ser ikun hemm quddiesa fil-Bajja ta’ Spinola. Dakinhar ma jkunx hawn quddiesa tat-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali. Wara l-quddiesa se jkun hemm Lejla Maltija fl-istess bajja. Inħeġġukom tattendu biex flimkien nibdew il-festa tal-patrun tagħna.
- Infakkru lill-ġenituri li għandhom it-tfal li jixtiequ jippreżentawhom lil San Ġiljan u l-koppji li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum jew li għalqu xi anniversarju speċjali taż-żwieġ li jistgħu jinkitbu għall-quddiesa tal-familji li sa ssir il-Ġimgħa 29 ta’ Awwissu fis-7pm billi jċemplu jew jibagħtu email lill-uffiċċju parrokkjali. Dawk il-familji li għandhom xi anzjani fid-djar residenzjali jistgħu iġibuhom għal din il-quddiesa biex jiċċelebraw il-festa magħna.
- Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel: Il-Kummissjoni Djakonija tfakkar li qed tiġbor oġġetti tal-ikel (li mhux skaduti), tal-ħasil u toiletries għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna sa nhar il-Ħadd. Dawk interessati jgħinu billi jippreparaw xi ikla sħuna li aħna nqassmu fil-ġimgħa tal-festa, jistgħu jċemplu lill-uffiċċju parrokkjali. Min jixtieq jagħmel xi donazzjoni monetarja biex aħna nixtru dak li hemm bżonn jista’ jagħmel dan ukoll billi jħalli d-donazzjoni ma’ wieħed mis-saċerdoti.
- Applikazzjonijiet għall-Katekiżmu: Infakkrukom li r-reġistrazzjonijiet għall-katekiżmu bi preparazzjoni għas-sena tal-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof sa jintlaqgħu nhar it-Tlieta 2 ta’ Settembru bejn il-5.00pm u s-7pm u s-Sibt 6 ta’ Settembru bejn l-10am u nofsinhar fis-sala tal-konferenzi. Iż-żewġ ġenituri jridu jiffirmaw il-formoli. Mhux ser jiġu aċċettati reġistrazzjonijiet ġodda wara dawn il-ġranet. Min ikollu diffikulta’ jkellimna.
- St Julians Feast:
- On Friday 22nd August at 7pm we will have a Penitential Liturgy during which the Sacrament of Reconciliation will be offered individually. We remind you we are currently in the year of the Jubilee of Hope, so a Plenary Indulgence will apply to those who participate in the Solemn Mass of the Titular Feast on Sunday 31st August. One of the conditions to gain this indulgence is to receive this sacrament within 20 days of the solemn mass, thus the penitential liturgy. On the Friday the Mass will be celebrated at 6.30pm not at 7pm.
- On Saturday 23rd August at 7.45pm Holy Mass will be celebrated in Spinola Bay instead of the Mass in the parish church. A Maltese night will follow. You are encouraged to join to set off the feast celebrations together.
- May we also remind the parents of those children who wish to present their babies to St Julian as well as those couples who got married in the past 12 months or have a special anniversary this year that they can register their names for the Friday evening Mas on the 29th August by phoning or sending an email to the parish office. Anyone who has relatives in old people’s residential homes can also bring them to this Mass to celebrate the feast.
- Collection of food items: The Diaconia Commission reminds you about the baskets at the back of our churches for the collection of food items (that are not expired), toiletries and laundry detergents, that will remain there until Sunday. Warm meals will also be distributed so anyone wishing to prepare a warm meal is also welcome. Monetary donations for this cause are also acceptable and donors are to contact the parish priest.
- Catechism applications: May we remind you that registrations for catechism in preparation for First Holy Communion and Confirmation will be accepted on Tuesday 2nd September from 5.00pm to 7pm and Saturday 6th September from 10am until noon at St Julians Conference Centre. We remind you that both parents need to sign the application forms. Late applications will not be considered.

