AVVIŻI – PARISH NOTICES 9 –  10 t’Awwissu 2025

  • Ġbir għall-festa: Il-ġabra li saret il-ġimgħa l-oħra fil-knisja għall-bżonnijiet tal-festa liturġika laħqet is-somma ta’ €1205. Għalkemm is-somma hi waħda sodisfaċenti, meta nikkomparawha mal-ġabriet tax-xhur li għaddew u ma’ tas-sena l-oħra, meta f’Awwissu ġbarna s-somma ta’ €1580, kienet lanqas waħda.  Rendikont tal-ġbir li sar sa issa għall-festa:

Ġbir fl-envelopes         €5400 (ikkomparat ma’ €7900 fit-2024)

Ġbir fil-knisja              €4445 (ikkomparat ma’ €4380 fit 2024)

Hu ċar li dak tal-envelopes hemm żbilanċ ta’ €2500 bejn dak li ġbarna issa u dak li ġbarna s-sena l-oħra. Jien li nista’ nagħmel hu nħalli f’idejn il-ġenerosita’ tagħkom biex min irid il-festa tilħaq il-livelli ta’ snin ta’ qabel jagħmel il-kontribuzzjoni tiegħu. Nirringrazzjakom bil quddiem. Hawn ghandkom id-dettalji tal-bank fil-kaz li tixtiequ taghmlu transfer mill-bank taghkom:

Isem tal-Bank: APS Bank

Numru tal-kont: 35365410013

IBAN: MT51APSB77013000000035365410013

Swift/BIC Code: APSBMTMTXXX 

Jekk jogħġobkom iktbu li ‘donazzjoni għall-festa’ fid-dettalji.

  • Festa ta’ Santa Klara 11 t’Awwissu: Nawguraw il-festa t-tajba lis-sorijiet Klarissi, li jinsabu fil-Parroċċa tagħna li jitolbu għalina b’mod regolari, fl-okażżjoni tal-festa ta’ Santa Klara.  Inżommuhom fit-talb tagħna u nitolbu biex ikollhom aktar vokazzjonijiet.
  • Festa ta’ Santa Marija:  Nhar il-Ġimgħa 15 t’Awwissu niċċelebrawis-Solennita’ tat-Tlugħ ta’ Marija fis-Sema.  Infakkrukom li hemm l-obbligu tal-quddies f’dan il-jum. Il-ħin tal-quddies ikun fit-8.00am, 9.00am (Lapsi), 9.30am, 11.00am (bl-Ingliż), u 7.00pm.  Il-quddies tal-Ħamis filgħaxija (Kuncizzjoni – 5.15pm u Knisja Parrokkjali – 7.00pm) tkun tgħodd għal dan id-dmir.
  • Ġbir ta’ oġġetti tal-ikel:  Il-Kummissjoni Djakonija tfakkar li qed tiġbor oġġetti tal-ikel, tal-ħasil u toiletries għall-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna sa nhar il-Ħadd. Dawk interessati jgħinu billi jippreparaw xi ikla sħuna li aħna nqassmu fil-ġimgħa tal-festa, jistgħu jċemplu lill-uffiċċju parrokkjali. Min jixtieq jagħmel xi donazzjoni monetarja biex aħna nixtru dak li hemm bżonn jista’ jagħmel dan ukoll billi jħalli d-donazzjoni ma’ wieħed mis-saċerdoti.
  • Ġbir għall-bżonnijiet ta’ Gaza: Fuq talba tal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, Caritas Malta qed tappella għal donazzjonijiet ta’ flus b’risq il-poplu ta’ Gaża li bħalissa għaddej minn tbatija estrema. Bħalissa, familji f’Gaża qed jgħixu f’kundizzjonijiet umanitarji gravi hekk kif qed tiżdied il-vjolenza u jispiċċaw il-bżonnijiet bażiċi għall-għajxien. Iktar minn 2 miljun persuni qed jgħixu f’żona iżgħar minn żewġ terzi ta’ Għawdex. Donazzjonijiet jistgħu jsiru fil-kontijiet bankarji tal-banek ewlenin:


HSBC: MT22MMEB44897000000089021513051
BOV: MT78VALL22013000000040023270071
APS: MT31APSB7704600089010489011015
Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw ukoll lill-kappillani fil-parroċċi biex jgħadduhom lil Caritas Malta sa l-aħħar tax-xahar.

  • Jum il-Familja:  Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Awwissu niċċelebraw Jum il-Familja li fiha qed nistiednu ‘l-familja fis-sens wiesgħa tagħha.
  • Familji li għandhom it-tfal li jixtiequ jippreżentawhom lil San Ġiljan.  Dawk li jixtiequ jinkitbu jekk jogħġobkom iċemplu jew jibagħtulna imail lill-uffiċċju bl-ismijiet tat-tfal u l-genituri.
  • Koppji li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum jew li għalqu xi anniversarju speċjali taż-żwieġ. Dawn jistgħu ukoll jinkitbu billi jċemplu jew jibgħatu email lill-uffiċċju parrokkjali.
  • Anżjani fid-Djar Residenżjali tal-Anżjani.
  • Collection for the feast:  Last week’s collection for the needs of the liturgical feast amounted to €1,205.  Although the amount is satisfactory, when compared with collections of last months and year, when we collected €1580 in August alone, was the lowest so far.  Here is a breakdown of collections to date:

Donations from envelopes:                €5400 (compared to €7900 in 2024)

Donations in church:                         €4445 (compared to €4380 in 2024)

It is clear there is a discrepancy of €2500 from the envelope donations.  I can only leave it up to your generosity so that the feast reaches the same levels as previous years.  We thank you in advance.  Here are our bank details in case you wish to make a transfer:

Bank: APS Bank

Account: 35365410013

IBAN: MT51APSB77013000000035365410013

Swift/BIC Code: APSBMTMTXXX

Please add a note that it’s a ‘donation for the feast’.

  • Feast of St Clare 11th August: We wish a happy feast to the community of the Poor Clares who pray for us regularly on the occasion of the feast of St Clare.  Let’s keep them in our prayers and especially for more vocations.
  • Feast of the Assumption of Our Lady: On Friday 15th August we celebrate the feast of the Assumption of Our Lady.  Mass times will be as follows: 8.00am, 9.00am (Lapsi), 9.30am, 11.00am (in English) and 7.00pm.  The evening masses on Thursday (5.15pm at the Immaculate Conception Chapel and 7.00pm at the Parish) are Vigil Masses of this feast and satisfy the obligation to participate in Mass.
  • Collection of food items: The Diaconia Commission reminds you about the baskets at the back of our churches for the collection of food items, toiletries and laundry detergents, that will remain there until Sunday.   Warm meals will also be distributed so anyone wishing to prepare a warm meal is also welcome.  Monetary donations for this cause are also acceptable and donors are to contact the parish priest.
  • Collection for Gaza:  At the request of the bishops of Malta and Gozo, Caritas Malta is appealing for monetary donations for the people of Gaza experiencing extreme suffering.  Families in Gaza are currently living in grave humanitarian conditions as violence is increasing and basic needs are finishing. More than 2 million people are living in a space smaller than 2/3rds of the size of Gozo. Donations may be made to any of the following accounts:

HSBC: MT22MMEB44897000000089021513051

BOV: MT78VALL22013000000040023270071

APS: MT31APSB7704600089010489011015

  • The day of the Family – Mass for families and the presentation of children:

On Friday 29th August we celebrate Family Day as part of the feast whereby we invite all families in the widest sense of the word:

  • Families with children who would like to present their children to St Julian for a special blessing;  anyone wishing to do so can call or email the parish office with the child/ren’s and parents’ names.
    • Couples who got married in the last 12 months and all those couples celebrating a special anniversary.  These couples can also call or email the office to advise us.
    • The elderly living in a home for the elderly.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading