REĠISTRAZZJONI GHALL-KATEKIŻMU (għat-tfal li QATT m’attendew ġewwa San Ġiljan)
L-EWWEL TQARBINA (tfal li twieldu fis-sena 2019) Jiltaqgħu nhar ta’ Tlieta bejn il-5pm u s-6pm
GRIŻMA TA’ L-ISQOF (tfal li twieldu fis-sena 2014) Jiltaqgħu nhar ta’ Tnejn bejn 5pm u s-6:30pm (darbtejn fix-xahar) jew is-Sibt bejn 4:30pm u s-6pm (darbtejn fix-xahar)
Il-ġranet ghar-reġistrazzjonijiet ser ikunu t-Tlieta 2 ta’ Settembru 2025, fis-Sala tal-Konferenzi fic-Ċentru San Ġiljan, bejn il-5:00 u s-7:00pm u s-Sibt 6 ta’ Settembru 2025 bejn l-10am -1200pm.
Iz-żewġ ġenituri tat-tfal għandhom jiġu biex jimlew u jiffirmaw il-formola ta’ reġistrazzjoni, għalkemm mhux neċessarjament fl-istess ġurnata u ħin.
Magħkom għandkom iġġibu:
– kopja ricenti tac-certifikat tal-magħmudija (li jkun inħareg mhux izjed tard minn 6 xhur qabel) Dawk li tgħammdu San Ġiljan m’għandhomx bżonn dan iċ-ċertifikat.
– permess mingħand il-kappillan tal-parroċċa tagħkom biex it-tfal jattendu l-katekiżmu barra l-parroċċa (dan jekk ma’ toqogħdux San Ġiljan)
– In-numbru tal-ID tat-tifel / tifla. (Dan jinsab fuq ic-certificat tat-twelid fir-rokna ta’ fuq)
– għat-tfal li diġa attendew il-lezzjonijiet tal-katekiżmu f’ċentri oħra (dawk kollha li ġa rċevew l-Ewwel Tqarbina) ċertifikat ta’ attendenza għal kull sena li attendew il-katekeizmu. Dan iċ-ċertifikat jinħareġ miċ-ċentru / skola fejn kienu jmorru għal-katekiżmu qabel. (Dan jista’ jkun ċertifikat wieħed li jkopri s-snin kollha)
Tfal li jgħixu fil-parroċċa ta’ San Ġiljan jingħataw preferenza.
Biex applikazzjoni tkun ikkunsidrata valida trid tkun iffirmata miż-żewġ ġenturi u jrid ikollna f’idejna id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa.
Reġistrazzjonijiet ġodda wara dawn il-ġranet, jiġu accettati biss jekk ikun hemm spazju għalihom.

