AVVIŻI – PARISH NOTICES 13 – 14 ta’ Settembru 2025

  • Għoti tad-demm:  Nhar il-Ħadd 14 ta’ Settembru bejn it-8.30am u s-1pm, uffiċjali miċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ser ikunu qegħdin fil-Każin Banda San Ġiljan għal dawk in-nies li jixtiequ jagħtu għotja tad-demm. Inħeġġu lill-parruċċani biex jaċċettaw din l-istedina b’għan nobbli. Din l-attività qed issir fuq inizjattiva tal-Każin Banda San Ġiljan b’kollaborazzjoni mal-Parroċċa u l-Kunsill Lokali San Ġiljan. Waqt l-istess attivita’ ser jintlaqgħu donazzjonijiet għal Puttinu Cares.  
  • Ġabra b’risq l-Art Imqaddsa:   Navżawkom li l-weekend li ġej ser issir ġabra annwali għall-ħidma tal-Franġiskani fl-Art Imqaddsa. Bl-offerti tagħna ngħinu biex jinżammu miftuha postijiet u ħidmiet reliġjużi kif ukoll ikunu ta’ għajnuna għal dawn ħutna li jgħixu fl-Art Mqaddsa li kif nafu bħalissa għaddejjin minn żmien diffiċli. Tajjeb li noffru talb tagħna biex il-Mulej idawwal l-imħuħ u jmexxi l-qlub tal-bnedmin biex ikun hemm il-paci f’din iż-żona.
  • Apprezzament: Nirringrazzjawkom tal-ġabra li saret il-weekend li għadda għall-bżonnijiet tal-parroċċa li leħqet is-somma ta’ €1,125. 
  • Blood donation: On Sunday 14th September from 8.30am until 1pm, officers from the National Blood Transfusion Unit will be at the St Julians Band Club for those who wish to donate blood.  We encourage parishioners to participate in this noble cause.  We remind you to take your ID card and to drink water before you go.  Donations to Puttinu Cares will also be received on the day. 
  • Collection in favour of the Holy Land: We would like to advise that next weekend’s collection will go in aid of the work the Franciscans undertake in the Holy Land.  Your offering will help to retain religious sites open and help our brothers and sisters living in the Holy Land who, as we are aware, are passing through difficult times. Let us also offer our prayers so that the Lord will enlighten the minds and move the hearts of those responsible for peace to reign in the region.
  • Appreciation: We wish to thank you for the collection received in aid of the parish last week that amounted to €1,125.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading