- Festa ta’ Padre Pio: Nhar it-Tlieta 23 ta’ Settembru taħbat il-festa ta’ Padre Pio. Dakinhar se ssir tifkira b’rużarju, quddiesa u kommemorazzjoni mill-grupp ta’ Padre Pio fl-4.30pm fil-Knisja tal-Kunċizzjoni.
- Grupp Ħbiberija: Il-laqgħa li jmiss se ssir nhar il-Ħamis 25 ta’ Settembru. Nitilqu minn Ta’ Giorni fis-6.30pm u minn Spinola fis-6.40pm għal ikla ġewwa Marsaxlokk.
- Seminar għat-tfal li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof: Dan is-seminar se jsir nhar is-Sibt 27 ta’ Settembru bejn id-9am u n-12.30pm fis-Sala. L-adoloxxenti li se jirċievu l-Griżma din is-sena għandhom jattendu u jkunu hemm ftit qabel id-9am. Il-ġenituri u ħuthom jistgħu jingħaqdu magħhom għall-quddiesa bi spjegazzjoni li ssir fil-Knisja Parrokkjali f’nofsinhar.
- Bro Louis Camilleri: Nhar is-Sibt 27 ta’ Settembru waqt il-quddiesa tas-6.30pm se ssir kommemorazzjoni tal-Qaddej ta’ Alla Bro Louis Camilleri FSC li qiegħed fil-proċess lejn il-beatifikazzjoni.
- Quddiesa għall-familji: Nhar il-Ħadd 28 ta’ Settembru ser issir quddiesa għall-familji fil-Knisja Parrokkjali fid-9.30am u t-tfal huma mħeġġin biex iġibu l-basktijiet tal-iskola biex jitbierku.
- Magħmudija: Nhar il-Ħadd ukoll, waqt il-quddiesa tal-12.15pm fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
- Feast of Padre Pio: Tuesday 23rd September marks the feast of Padre Pio. A rosary, Mass and commemoration service will be held at 4.30pm at the Kuncizzjoni Chapel.
- Grupp Hbiberija: The next outing will be held this Thursday 25th September. We leave from Ta’ Giorni at 6.30pm and from Spinola at 6.40pm for a dinner at Marsaxlokk.
- Seminar for those adolescents doing their Confirmation: A seminar is going to be held on Saturday 27th September between 9am and 12.30pm for all adolescents doing their Confirmation this year. All adolescents doing their Confirmation must attend and be punctual. Parents and siblings are welcome to join them for the Mass starting at noon.
- Bro Louis Camilleri: On Saturday 27th September there is going to be a commemoration of the Servant of God Brother Louis Camilleri FSC who is in the process of being beatified.
- Family Mass: A Family Mass will be held at the Parish Church on Sunday 28th September at 9.30am. Children are encouraged to bring their school bag to have it blessed.
- Baptism: On Sunday as well, the sacrament of Baptism will be celebrated during the 12.15pm mass in the Parish Church.

