AVVIŻI – PARISH NOTICES 18 – 19 ta’ Ottubru 2025

  • Mother’s prayers:  Infakkrukom fil-grupp ta’ ‘Mother’s prayers’ li huwa mmirat għal ommijiet u nisa li jixtiequ jitolbu għal uliedhom jew ulied li jaddottaw f’qalbhom. Min jixtieq jingħaqad magħhom, il-laqgħat isiru kull ħmistax f’kamra numru 1.  Il-laqgħa li jmiss issir nhar it-Tnejn 20 ta’ Ottubru fid-9.30am. Inħeġġu lil dawk li jistgħu biex nitolbu għall-ġenerazzjoni ta’ għada.
  • Coffee morning:  Nhar it-Tlieta 21 t’Otturbu jkun hawn coffee morning fis-sala tal-konferenzi fid-9.30am.
  • Ċelebrazzjoni tal-Griżma tal-Isqof: 
    • Nhar l-Erbgħa 22 t’Ottubru jkun hawn il-qrar bejn il-5.30pm u t-8.00pm fil-Knisja Parrokkjali. Dan ma jkunx miftuħ biss għat-tfal li se jagħmlu l-Griżma, ġenituri u parrini, imma għal kull min jixtieq jieħu l-opportunita biex jirċievi l-grazzja ta’ dan is-sagrament.
    • Nhar il-Ġimgħa 24 t’Ottubru fis-7.00pm se jirċievu l-Griżma tal-Isqof 34 tifel u tifla fil-Parroċċa tagħna.  Inżommuhom fit-talb tagħna matul din il-ġimgħa.
  • Laqgħat għal persuni separati:  Se nerġgħu nibdew il-laqgħat għal persuni separati minn nhar l-Erbgħa 22 t’Ottubru fis-7.30pm f’Room 2.
  • Ħin tax-Xitwa: Il-weekend li ġej indawru l-arloġġ siegħa lura u għalhekk il-quddiesa ta’ filgħaxija, minn nhar il-Ħadd li ġej (26 t’Ottubru), tkun fis-6.30pm.  Is-Sibt filgħaxija il-ħinijiet jibqgħu l-istess.
  • Talb għall-mejtin tagħna:  Fejn il-bibien tal-Knisja tistgħu ssibu flyers għat-talb tal-mejtin tagħna.  Wieħed jista’ jimla l-ismijiet tal-familjari/ħbieb tiegħu jitfagħhom ġo envelope flimkien ma’ donazzjoni u jgħadduhom lilna sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar. Dawn jitpoġġew fuq l-artal għal talb speċjali għalihom matul ix-xahar ta’ Novembru.  Il-quddies tat-8am u tal-12.15pm nhar ta’ Hadd jiġu offruti għal ruhhom flimkien mal-intenzjonijiet li tkunu offrejtu.
  • Ħarġa 1 ta’ Novembru:  Se ssir ħarġa s-Sibt l-1 ta’ Novembru.  Nitilqu minn Ta’ Giorni fis-2.30pm u Spinola fit-2.40pm u se mmorru lejn il-Park tal-Majjistral u Apple’s Eye restaurant.  Nitilqu lura fil-5.15pm.  Min jixtieq jibbukkja, jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali.
  • Mother’s prayers group: May we remind you about the Mother’s prayers group which is aimed at mothers who wish to pray for their children or women who are praying for those they adopt in prayer.  Meetings are being held every other Monday.  The next meeting is this Monday 20th October at 9.30am in room 1.  We encourage those who can to pray for tomorrow’s generation.
  • Coffee morning:  A coffee morning will be held at the conference hall on Tuesday 21st October at 9.30am.
  • Confirmation:
    • Confession will be held on Wednesday 22nd October in the Parish Church from 5.30pm to 8.00pm not just for the children, parents and godparents as a preparation for the Confirmation but for all those who wish to receive the grace of this Sacrament.
    • The Confirmation celebaration will be held for 34 children in the Parish Church on Friday 24th October at 7.00pm.  Let’s keep them in our prayers this week.
  • Meeting for separated persons:  We shall be starting with meetings for separated persons again on Wednesday 22nd October at 7.30pm, in Room 2.
  • Winter Hours:  Next weekend Malta switches to winter time by turning back the clock by one hour, so as from Sunday 26th October all evening masses will be at 6.30pm, except for Saturdays which remain unchanged.
  • Flyers/prayers for the deceased:  These are available near the church doors.  One can list the names of one’s deceased family or friends and return the flyer in an envelope with a donation until the end of the month.  These leaflets will be placed underneath the altar as special prayers will be said for them during the month of November. The 8am and 12.15pm Sunday masses will include these intentions together with the other intentions you made.
  • Outing on 1st November:  The first outing for adults and children is going to be held on Saturday 1st November.  We leave from Ta’ Giorni at 2.30pm and Spinola at 2.40pm and we shall go to the Majjistral Park and Apple’s Eye Restaurant at Golden Bay.  We take the coach back at 5.15pm.  Please contact the parish office if you wish to join.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading