AVVIŻI – PARISH NOTICES 22 – 23 ta’ Novembru 2025

  • Quddiesa tal-familji: Nhar il-Ħadd 30 ta’ Novembru fil-quddiesa tad-9.30am ħa jkollna quddiesa għall-familji li fiha jkun hemm tberik ta’ girlandi.  Inħeġġu lit-tfal u lill-familji biex jattendu u jġibu l-girlanda magħhom.
  • Craft sale: Il-Ħadd 30 ta’ Novembru, il-membri tal-STJ Crafts Club se juru x-xogħol li ħolqu waqt is-sessjonijiet tal-crafts. B’donazzjoni, tista’ takkwista oġġetti mill-wirja. Id-donazzjonijiet kollha jmorru għall-Parroċċa.  
  • Kors ta’ Kana: Dawk il-koppji li se jiżżewġu fis-sentejn li ġejjin huma mħeġġa jattendu għall-Kors ta’ Kana.  Fil-parroċċa tagħna, dan il-kors isir bil-Malti nhar ta’ Ħadd filgħodu u jibda fil-bidu ta’ Jannar u bl-Ingliż nhar ta’ Tnejn filgħaxija minn Frar.  Min jixtieq jibbukkja, jista’ jagħmel dan fuq is-sit www.movimenttakana.mt.
  • Intenzjonijiet għall-quddies 2026: Infakkrukom li min jixtieq jibbukkja xi intenzjoni għall-quddies għas-sena d-dieħla f’dati partikolari, jista’ jmur l-uffiċċju parrokkjali jew iħalli envelope bl-ismijiet u d-dati u numru ta’ kuntatt, flimkien mal-offerta.  Bookings bl-email  mhux aċċettati.
  • Pellegrinaġġ:  Qed jiġi organiżżat Pellegrinaġġ lejn is-Santwarju Marjan ta’ Knock fl-Irlanda, bejn it-Tnejn 4 u l-Ġimgħa 8 ta’ Mejju 2026.  Il-prezz hu ta’ €1,249 u jinkludi titjiriet, akkommodazzjoni half board u żjarat f’diversi postijiet.  Il-postijiet huma limitati, għalhekk min hu interessat jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali għal aktar informazzjoni.
  • Kummissjoni Djakonija: Ser jitpoġġew qfief fil-Knejjes kollha għall-ġbir ta’ ikel għall-familji fil-bżonn. Jekk hemm min jixtieq joffri li jipprepara ikla tal-Milied, jista’ jkellimna.  Min jixtieq joffri xi donazzjoni għall-familji fil-bżonn, jista’ wkoll.
  • Ġabra Hospice:  F’isem Hospice Malta, nirringrazzjawkom tal-ġenerożita’ tagħkom fejn il-ġimgħa l-oħra nġabru €3033 għall-użu tagħhom mill-parroċċa tagħna.
  • Pilates: Il-parroċċa bil-kollaborazzjoni tal-kunsill lokali se torganiżża klassijiet tal-Pilates għal prezz nominali. Min jixtieq jinkiteb jista’ jċempel lill-uffiċċju parrokkjali jew lill-kunsill lokali.
  • Avviż tal-Kunsill: Il-Kunsill Lokali San Giljan ser jorganiżża ħarġa nhar il-Erbgħa 26 ta’ Novembru 2025 għal Mercury Towers fejn fost l-oħrajn ser tkun qed tinkludi l-esperjenza unika tal-Odyssey Malta u wara jkollna ftit ħin liberu u ħin għal kafe’ jew te’ u xi ħaġa tal-ikel.  Kull minn hu interessat jcempel jew imur l-Kunsill.
  • Family Mass: The family mass on Sunday 30th November at 9.30am will include the blessing of Advent wreaths.  We encourage children and families to attend and bring the Advent wreath with them.
  • Craft sale: OnSunday 30th November, the STJ Crafts Club will showcase handmade items during their weekly sessions. You are welcome to take home any item in exchange for a donation. All proceeds will go directly to supporting the Parish.
  • Cana Course:  Those couples planning to get married in the next two years are encouraged to attend a Cana marriage preparation course.  The Maltese course is held on Sunday morning and starts in January while the one in English is held on Monday evening and will start in February. One can apply online on www.canamovement.mt
  • Mass intentions 2026:  We remind you that to book the mass intentions with specific dates and mass times during next year you need to visit the parish office or leave an envelope with the names, dates and times, your name and contact number, together with your donation.  Bookings through emails or messages are not accepted.
  • Pilgrimage:  A pilgrimage is being organized to the Marian Sanctuary of Knock in Ireland, between Monday 4th and Friday 8th May 2026. The price of €1,249 includes flights, half-board accommodation, the visit to the shrine and visits to various other locations.  Places are limited. More information from the parish office.
  • Diaconia Commission:  Baskets will be placed in all churches from next week for food hampers for the families in need.  If anyone would like to prepare a Christmas meal for these families or make a monetary donation for this cause, one can also contact us.
  • Collection for Hospice:  In the name of Hospice Malta, we would like to thank you for the collection made last week in aid of Hospice that amounted to €3,033.
  • Pilates:  The parish, in collaboration with the local council, will be organizing Pilates classes for a nominal fee. Anyone who wishes to register may call the parish office or the local council.
  • Local council notice:  St Julians Local Council is organizing a tour to Mercury Towers on Wednesday 26th November where among other things you can experience the Odyssey Malta followed by some free time and a refreshment and snack. More information from the Local Council.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading