AVVIŻI – PARISH NOTICES 8 – 9 ta’ Novembru 2025

  • Knisja tal-Kunċizzjoni:  Il-quddiesa ta’ filgħaxija tal-Kunċizzjoni mhix se ssir bejn nhar it-Tnejn u l-Gimgħa (10-14 ta’ Novembru) u nerġgħu nibdew it-Tnejn is-17 ta’ Novembru. 
  • Bookings għall-intenzjonijiet fil-quddies fl-2026: L-uffiċċju parrokkjali se jilqa’ l-bookings f’dawn il-ġranet li se nsemmi: nhar it-Tnejn 10 ta’ Novembru bejn il-5pm u s-6.30pm u nhar l-Erbgħa 12 ta’ Novembru mill-11am sas-1.00pm.  Min irid jista’ jħalli l-lista tal-ismijiet u numru tal-mobajlflimkien mad-donazzjoni.  Dawk li jiġu l-uffiċċju jieħdu preċedenza fuq il-listi mibgħutin. Bookings bit-telefon, emails jew messaġġi mhux sa jiġu aċċettati.
  • L-ewwel Tqarbina 2026:  Ser ikun hemm laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tal-ewwel Tqarbina nhar it-Tlieta fil-5.00pm fis-Sala tal-Konferenzi.
  • Quddiesa ta’ liberazzjoni:  Se ssirquddiesa ta’ liberazzjoni nhar l-Erbgħa fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali.  Inheġġukom biex tattendu għall-protezzjoni kontra l-ispirti ħżiena. 
  • Ġabra għall-Hospice: Il-weekend li ġej se ssir ġabra fiz-zuntier għal Hospice Malta li toffri servizzi lill-pazjenti bil-kanċer, kundizzjonijiet newroloġiċi bħal ALS u mard serju tal-qalb, pulmun u kliewi fost kundizzjonijiet oħra.
  • Żjara fil-familja: Qegħdin fil-proċess li nżuru l-familji li ma żorniex mill-2020 ‘l hawn. Jekk toqgħod fi Triq il-Barbagann jew Triq il-Kuccard u ma kkuntattjajnikx jew jekk ġejt toqgħod f’dawn it-toroq riċentement, jekk joghġobkom tistgħu tikkuntattjaw l-uffiċċju biex tagħmlu appuntament għal żjara fil-familja. 
  • Proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-knisja f’Malta 2026-2027: Nixtiequ ninfurmawkom li r-regolamenti għad-dħul fl-iskejjel tal-knisja f’Malta ġew ippublikati.  Aktar informazzjoni fuq in-notice board u l-website www.knisja.mt.
  • Apprezzament:  Nirringrazzjawkom tal-ġabra li saret il-weekend li għadda għall-bżonnijiet tal-parroċċa li leħqet is-somma ta’ €1,570.
  • Immaculate Conception Church:  This week (10th to 14th November) the evening Mass will not be celebrated and will resume the following week from Monday 17th November.
  • Bookings for mass intentions in 2026:  The parish office will be receiving bookings for mass intentions on the following days:  on Monday 10th November from 5pm to 6.30pm and on Wednesday 12th November from 11am to 1pm.  One can also leave a list of intentions including a mobile number and donation.  Those who visit the office will be be given precendence over the lists received.  Bookings on the phone, by email or messages will not be accepted.
  • First Holy Communion 2026:  A meeting for parents of those children receiving their First Holy Communion next year will be held at the conference hall on Tuesday at 5pm.
  • Liberation Mass: A Liberation Mass is going to be held at the Parish Church on Wednesday at 6.30pm.  We encourage your attendance to pray for protection against bad spirits. 
  • Collection for Hospice:  Next weekend we shall be having the collection in aid of Hospice Malta.  Hospice Malta are offering services to patients suffering from cancer, ALS and serious conditions in the heart, lungs and kidneys among others.
  • Family Visits: We are in the process of visiting families we have not visited since 2020.  If you live in Triq il-Barbagann or Triq il-Kuccard and have not been contacted, or if you have recently moved to live in this street, please contact the office to arrange an appointment for a family visit.
  • Process for church schools entry 2026-2027:  The regulations for the entry to church schools have been published.   More information is available on the notice board or at www.church.mt.
  • Appreciation:  We would like to show our appreciation for the collection made last week in aid of the parish that amounted to €1,570.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading