- Novena tal-Milied: Minn nhar it-Tnejn 15 ta’ Dicembru tibda n-novena tal-Milied. Il-quddiesa tas-6.30pm tkun animata u jsir ħsieb qasir.
- Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali: Nhar il-Erbgħa 17 ta’ Diċembru niċċelebraw il-festa tal-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali. Din il-festa tfakkarna li l-Knisja hija aħna, il-poplu ta’ Alla, li niġu f’dan il-post qaddis biex nagħtu qima lil Alla. Il-quddiesa solenni tas-6.30pm ser titmexxa minn Mons Dun Ġwann Galea li kien il-kappillan meta l-knisja ġiet konsagrata. Il-kor ENKOR ser janima din il-quddiesa. Ikun xieraq li nattendu għal din il-quddiesa li hija wkoll parti min-Novena tal-Milied.
- Katekizmu: Nhar il-Ħamis 18 ta’ Diċembru fil-5.30pm fil-Knisja Parrokkjali sa jittella’ Kunċert ta’ Għanjiet tal-Milied bis-sehem ta’ kor żgħir tat-tfal u ż-żagħżagħ tal-Banda San Giljan. Dakinhar il-quddiesa ta’ filgħaxija tibda fis-7.00pm.
- Lectio Divina: Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru ser issir ir-raba’ Lectio Divina għal żmien l-Avvent wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
- Kunċert: Nhar is-Sibt 20 ta’ Diċembru fis-7.30pm se jsir kunċert polifoniku ta’ mużika tal-Avvent u l-Milied ġewwa l-knisja ta’ Lapsi mill-Cappella Sancta Catherinae. Kulħadd mistieden. Il-grounds tal-Iskola Primarja se jkunu miftuħin biex wieħed jista’ iħalli l-karozza hemmhekk.
- Quddiesa għall-familji: Nhar il-Ħadd 21 ta’ Diċembru ser issir quddiesa għall-familji fil-Knisja Parrokkjali fid-9.30am u tberik tal-Bambini.
- Milied: Il-knisja f’Malta qed tagħmel l-almu tagħha biex ħadd ma’ jibqa’ waħdu fil-Milied. Kif għamlet fl-aħħar snin qed torganiżża ikla f’jum il-Milied ġewwa l-Kurja. Għal dawk li ma’ joħorġux qiegħda tiġi offruta ikla sħuna d-dar. Min jixtieq jinkiteb jista’ iċempel ‘l-uffiċċju parrokkjali għal aktar informazzjoni.
- Kummissjoni Djakonija: Infakkrukom fil-qfief għall-ġbir ta’ ikel għall-familji fil-bżonn. Jekk hemm min jixtieq joffri li jipprepara ikla tal-Milied, jista’ jkellimna. Min jixtieq joffri xi donazzjoni għall-familji fil-bżonn, jista’ wkoll. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem.
- Ħarġa Grupp Ħbiberija: Il-ħarġa ta’ nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru ġiet ikkanċellata.
- Apprezzament: Nirringrazzjawkom tal-ġabra li saret il-weekend li għadda għall-bżonnijiet tal-parroċċa li leħqet is-somma ta’ €1,160.
- Kalendarju: Mal-bibien tal-Knisja għandkom issibu kalendarji għas-sena l-ġdida. Kull familja mistiedna żżomm kopja.
- Christmas novena: The Christmas novena will be starting from Monday 15th December. The evening Mass will be animated and a short reflection will be made.
- Consecration of the parish church: On Wednesday 17th December we celebrate the feast of the consecration of the parish church. This feast reminds us that we, as a people of God, come to this holy place to worship Him. A solemn Mass will be celebrated at 6:30 p.m. and will be led by Mons Dun Gwann Galea, who was the parish priest when the church was consecrated. The choir ENKOR will animate this Mass. We are encorouged to attend this Mass, which is also part of the Christmas Novena.
- Catechism: On Thursday, 18th December at 5:30 p.m. in the Parish Church, a Christmas Concert will be held, featuring young children and the youth choir from St Julian’s Band. On that day, the evening Mass will be at 7:00 p.m.
- Lectio Divina: On Friday, 19th December, the fourth Lectio Divina for the Advent season will take place after the evening Mass.
- Concert: on Saturday, 20th December at 7:30 p.m., the Cappella Sancta Catherinae will hold a concert of polyphonic Advent and Christmas Music at Lapsi church. All are invited to attend. The grounds of the St Julian’s Primary Schools will be open for parking.
- Family Mass: On Sunday, 21st December, a family Mass will be held in the Parish Church at 9:30 a.m., followed by the blessing of the Baby Jesus figurines.
- Christmas: The Church in Malta is doing its utmost to ensure that no one is left alone at Christmas. As in recent years, it is organizing a lunch on Christmas Day at the Curia. For those who cannot go out, a warm meal is being offered at home. Anyone who wishes to register may call the parish office for more information.
- Diaconia Commission: We remind you about the baskets for collecting food and toiletries for families in need. If anyone would like to volunteer to prepare a Christmas meal, they may contact us. Anyone wishing to offer a donation for families in need may do so as well. We thank you in advance for your help.
- Grupp Hbiberija Outing: The outing scheduled for Friday, 19th December has been cancelled.
- Appreciation: We thank you for the collection made last weekend for the needs of the parish, which reached the sum of €1,160.
- Calendar: Near the church doors you will find calendars for the new year. Every family is invited to take a copy.

