- Ħin ta’ Talb: Il-Knisja ta’ Lapsi se tkun miftuħa għat-talb personali (illum is-Sibt 27 u għada) l-Ħadd 28 ta’ Diċembru bejn il-5.00pm u s-7.00pm, fejn se jkun hemm Ġesu’ Sagramentat espost.
- L-aħħar Jum tas-Sena: Nhar l-Erbgħa 31 ta’ Diċembru ser issir Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla għal din is-sena fis-6.30pm fil-Knisja Parrokkjali u nispiċċaw bit-Te Deum. Wara jkun hemm il-Barka Sagramentali.
- L-Ewwel Jum tas-Sena – Is-Solennita’ ta’ Marija Omm Alla: Dakinhar il-ħin tal-Quddies ikun bħal tal-Ħadd.
- Waqt il-Quddiesa ta’ l-aħħar u tal-ewwel tas-sena il-ġabra issir b’risq id-Dar tal-Providenza. Nkunu ġenerużi.
- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Jannar fis-6.30pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni.
- Quddiesa għal dawk li żżewġu fis-sena 2025: Nhar is-Sibt 3 ta’ Jannar fil-5.30pm sa ssir quddiiesa mmexxija minn Mons. Arċisqof fil-Konkatidral ta’ San Ġwann li fiha huma mistiedna l-koppji kollha li żżewġu matul is-sena 2025. Din hi opportunita’ għal dawn l-għarajjes li jiltaqgħu mal-Arċisqof.
- Epifanija tal-Mulej: Nhar il-Ħadd 4 ta’ Jannar niċċelebraw s-Solennita’ tal-Epifanija tal-Mulej li biha ntemmu l-festi tal-Milied.
- Uffiċċju Parrokkjali: L-uffiċċju parrokkjali hu magħluq u jerġa’ jiftaħ nhar it-Tnejn 5 ta’ Jannar.
- Kummissjoni Djakonija: Nirringrazzja lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom biex stajna nagħtu hampers u ikliet sħan lill-familji fil-bżonn.
- Awguri: Il-Kappillan u l-kleru jawguraw l-isbaħ xewqat għas-Sena t-tajba.
- Time of prayer: Lapsi church will be open this evening (Saturday 27th and tomorrow) Sunday 28th December for personal prayer from 5.00pm to 7.00pm. The Holy Eucharist will be exposed for veneration.
- The last day of the year: On Wednesday 31st December a Thanksgiving Mass will be said at 6.30pm, followed by the Te Deum and a Eucharistic blessing.
- First day of the year and solemnity of our Lady Mother of God: All mass times will be like every Sunday.
- The collections made during the Masses of New year’s eve and New year’s day will be in aid of Dar tal-Providenza. We trust in your generosity.
- First Friday: This Friday 2nd January will be the First Friday of the month and an adoration follows the 6.30pm Mass at the Parish Church.
- Mass for couples who celebrated their marriage in 2025: On Saturday 3rd January, the Archbishop will lead a Mass at St John’s Co-Cathedral at 5.30pm. All couples who were married in 2025 are invited. This is an opportunity to meet the Archbishop.
- The Epiphany: Next Sunday 4th January we celebrate the solemnity of the Epiphany which closes the Christmas period for the Church.
- Parish office: The parish office is closed for the festivities and will reopen on Monday 5th January.
- Diaconia Commission: We thank all those who contributed to the parish which enabled us to make up the hampers and send warm meals to our needy families.
- Best wishes: The parish priest and the clergy wish you all a healthy and prosperous New Year!

