AVVIŻI– PARISH NOTICES 24 – 25 ta’ Jannar 2026

  • Coffee Morning: Nhar it-Tlieta ser isir Coffee Morning b’risq il-Parroċċa fis-Sala tal-Konferenzi mid-9.30am ‘l quddiem.
  • Festa Liturġika ta’ San Ġiljan:
  • Fl-okkażjoni tal-festa Liturġika ta’ San Ġiljan li tiġi ċċelebrata nhar it-Tlieta 27 ta’ Jannar sa jkollna dan il-programm:
    • Filgħodu sa ssir Dimostrazzjoni mit-tfal tal-iskola Primarja bl-istatwa ta’ San Giljan bis-sehem tal-Banda Spinola mill-iskola primarja sal-Knisja ta’ Lapsi fejn issir quddiesa tal-festa għat-tfal fid-9.30am.
    • Fis-6.30pm, ser issir quddiesa tal-Festa Liturġika fil-Knisja Parrokkjali animata mis-St Julian’s Choral Group u l-Banda San Ġiljan. Inħeġġu lil kullħadd, speċjalment  il-kummissjonijiet u l-għaqdiet, biex jattendu.
  • Kunċizzjoni: Bejn l-Erbgħa 28 ta’ Jannar u l-Ħamis 5 ta’ Frar mhux se ssir il-quddiesa ta’ filgħaxija ġewwa l-kappella tal-Kunċizzjoni.  Terġa’ tibda nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Frar.
  • Żjarat fil-familji: Qegħdin fil-proċess li nżuru l-familji li joqgħodu fil-parroċċa u li ilna ma nzuru minn qabel l-2020. Jekk toqgħod fi Triq il-Bajja u Triq William Prescott u ma kkuntattjajnikx jew jekk ġejt toqgħod f’dawn it-toroq riċentement, jekk joghġobkom tistgħu tikkuntattjaw l-uffiċċju biex tagħmlu appuntament għal żjara fil-familja.
  • Applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja: Nixtiequ ninfurmawkom li qed jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta mit-28 ta’ Jannar sal-4 ta’ Frar.  Aktar informazzjoni tinkiseb fuq il-website www.knisja.mt.
  • Laqgħat għall-koppji:  Se jibdew isiru laqgħat bl-Ingliż għall-koppji li ilhom miżżewġin 10 snin jew inqas.  Il-laqgħat ser isiru fis-sala Papa Ġwanni Pawlu II kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar fis-7.30pm.  Min jixtieq jingħaqad magħna jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali.
  • Coffee morning:  On Tuesday a coffee morning will be held at the conference hall at 9.30am in aid of the parish.
  • St Julian’s Liturgical Feast: 
  • On Tuesday 27th January, the liturgical feast of St Julian, a children’s demonstration with the statue of St Julian will be held, leaving from the primary school to Lapsi Church where a mass for children will be celebrated at 9.30am.
  • In the evening, Holy mass will be celebrated at 6.30pm in the Parish Church animated by St Julian’s Choral Group and St Julian’s Band Club.  Everyone is encouraged to attend, in particular the church commissions and groups.
  • Family Visits: We are in the process of visiting families we have not visited since 2020.  If you live in Bay Street or William Prescott Street and have not been contacted, or if you have recently moved to live in this street, please contact the office to arrange an appointment for a family visit.
  • Kuncizzjoni:  Please note that evening masses will not be celebrated between Wednesday 28th January and Thursday 5th February at the Immaculate Conception church.  Masses will start again as from Friday 6th February.
  • Church School applications: One can send an online application on www.church.mt to send their children to a church school from the 28th January to the 4th February.
  • Meetings for couples:  We are organising a series of meetings in English for couples who have been married 10 years or less.  These will be held at the Pope John Paul II hall every first Friday of the month at 7.30pm.  Anyone wishing to join in can contact the parish office.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading