AVVIŻI – PARISH NOTICES 31 ta’ Jannar – 1 ta’ Frar 2026

  • Preżentazzjoni tal-Mulej:   Nhar it-Tnejn 2 ta’ Frar, qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija, se jsir it-tberik tax-xemgħa magħrufa bħala “tal-kandlora”.
  • L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgha 6 ta’ Frar, wara l-quddiesa tas-6.30pm ikun hawn adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali. 
  • Laqgħat għall-koppji:  Se jibdew isiru laqgħat bl-Ingliż għall-koppji li ilhom miżżewġin 10 snin jew inqas.  Il-laqgħat ser isiru fis-sala Papa Ġwanni Pawlu II kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar fis-7.30pm.  L-ewwel laqgħa ser issir nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Frar. Min jixtieq jingħaqad magħna jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali jew jiġi għall-laqgħa.
  • Magħmudija:  Nhar il-Ħadd 8 ta’ Frar, waqt il-quddiesa tal-11.00am fil-Knisja Parrokkjali, se jiġi ċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
  • Grupp ta’ talb ta’ Padre Pio: Filwaqt li nfakkrukom li l-quddies fil-Knisja tal-Kunċizzjoni se jerġa’ jibda jsir minnnhar il-Ġimgħa 6 ta’ Frar, il-laqgħa tal-grupp Padre Pio ser issir nhar it-Tnejn 16 ta’ Frar.
  • Ħarġa għall-familji:  Nhar it-Tlieta 10 ta’ Frar, Jum San Pawl, ser ssir ħarġa għall-parroċċani kollha.  Trasport jitlaq minn ta’ Giorni fis-2.00pm Spinola fis-2.10pm u naslu lura sal-5.30pm.  Se nimxu fl-inħawi tal-Bahrija u wara mmorru għat-te’.  Min hu nteressat għandu jċempel l-uffiċċju parrokkjali.
  • Live-in ta’ Dixxerniment: Ser isir live-in organizzat mill-Équipe tal-Promoturi Vokazzjonali ta’ Malta, bejn il-Ġimgħa 27 ta’ Frar u l-Ħadd 1 ta’ Marzu 2026 fis-Seminarju.  Dan il-live-in huwa maħsub għal żgħażagħ irġiel u nisa ta’ bejn it-18 u t-30 sena li qed ifittxu u jiddixxernu b’mod attiv il-vokazzjoni tagħhom. Dawk interessati huma mitluba jimlew din il-formola: https://forms.gle/tSo4H5eoGXc97ohZ9. Jekk xi ħadd jeħtieġ aktar informazzjoni,  jibgħat email fuq vocations@maltaseminary.org.
  • Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar li għadda għaddew għal ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Paolo Cardona, Joseph Cassar, Matthew Wismayer, Carmela Pace, Saveria Pace u Carmel Fenech.  Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
  • Presentation of our Lord:  On the occasion of the feast of the presentation of Our Lord, the rite of the blessing of candles will take place just before the beginning of the evening Mass on Monday 2nd February.
  • First Friday:  On Friday 6th February, being first Friday there will be an adoration after evening Mass at 6.30pm.
  • Meetings for couples:  We are organising a series of meetings in English for couples who have been married 10 years or less.  These will be held at the Pope John Paul II hall every first Friday of the month at 7.30pm.  The first meeting will be held this Friday 6th February.  Anyone wishing to join in can contact the parish office or just turn up.
  • Baptism: On Sunday 8th February the sacrament of Baptism will be celebrated during the 11.00am mass in the Parish Church.
  • Padre Pio prayer group:  While we remind you that the Mass at the Immaculate Conception Chapel will start again on Friday 6th February, the next Padre Pio prayer meeting will be held on Monday 16th February.
  • Parish outing: The parish is organising an outing for families on Tuesday 10th February.  This time we will go for a walk in Bahrija followed by tea.  We leave from Ta’ Giorni at 2.00pm and Spinola at 2.10pm and expect to return by 5.30pm.  Bookings at the parish office.
  • Live-in for Discernment: The Malta Vocation Promotion Unit is organising a live-in between Friday 27th February and Sunday 1st March at the Seminary.  This is aimed at male and female youth aged from 18 to 30 years of age and are actively looking and discerning their vocation. One can apply at https://forms.gle/tSo4H5eoGXc97ohZ9 or make enquiries at vocations@maltaseminary.org.
  • Prayers for our faithful departed: We pray for Paolo Cardona, Joseph Cassar, Matthew Wismayer, Carmela Pace, Saveria Pace and Carmel Fenech who entered eternal life during January. Eternal rest grant unto them O Lord …

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading