AVVIŻI – PARISH NOTICES 7 – 8 ta’ Frar 2026

  • Kummissjoni Ġustizzja: Illum, it-8 ta’ Frar, il-Knisja tfakkar il-Jum Dinji ta’ Talb kontra t-Traffikar Uman, imwaqqaf mill-Papa Franġisku fil-festa ta’ Santa Ġużeppina Bakhita, li kienet skjava hi stess.  It-traffikar uman hu skjavitù modern u realtà moħbija f’Malta, li tolqot persuni sfruttati fil-kostruzzjoni, fl-ospitalità, fix-xogħol domestiku, kif ukoll f’ massage parlours u l-prostituzzjoni.  Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċitistiedina għal-laqgħa ta’ talb għall-vittmi kollha, preseduta mill-Isqof Joe Galea-Curmi, illum fl-4:30 pm, fil-Kappella tar-Ragħaj it-Tajjeb, Balzan.
  • Solennita’ tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl: Nhar it-Tlieta 10 ta’ Frar niċċelebraw is-Solennita’ tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta.  Infakkrukom li hemm l-obbligu tal-quddies. Il-ħin tal-quddies ikun fit-8.00am, fid-9.00am fil-Knisja ta’ Lapsi, fid-9.30am, fil-11.00am u fis-6.30pm.  Ma jkunx hawn quddiesa tal-12.15pm.
  • Quddiesa għall-morda: L-Erbgħa 11 ta’ Frar Mons Joseph Galea Curmi ser imexxi quddiesa għall-morda fil-Bażilika ta’ Kristu Re Poala, fl-10am.   Il-morda kollha u dawk li jieħdu ħsiebhom huma mistiedna biex jattendu.  Għal din l-okkazzjoni ikun hemm r-relikwa ta’ San Franġisk t’Assisi.
  • Żjarat fil-familji: Qegħdin fil-proċess li nżuru l-familji li joqgħodu fil-parroċċa u li ilna ma nzuru minn qabel l-2020. Jekk toqgħod fi Triq Ta’ Giorni, Sqaq Ciantar u Trejqet Grenfell u ma kkuntattjajnikx jew jekk ġejt toqgħod f’dawn it-toroq riċentement, jekk joghġobkom tistgħu tikkuntattjaw l-uffiċċju biex tagħmlu appuntament għal żjara fil-familja.
  • Eżerċizzi għall-Persuni Separati: Dawn ser isiru fil-Kurja tal-Arċisqof mit-Tnejn 23 ta’ Frar sal-Ġimgħa 27 ta’ Frar fis-6.30pm. Wieħed jista’ jirreġistra hawnhekk:
  • https://parrocci.knisja.mt/forms/ezercizzi-ghall-persuni-separati/
  • Ringrazzjament: Nirringrazzjawkom tal-ġabra li saret matul il-weekend li għadda li laħqet is-somma ta’ €1400.

World Day of Prayer:  Today, 8th February, the Church marks the World Day of Prayer against Human Trafficking, established by Pope Francis on the feast of Saint Josephine Bakhita, a survivor of slavery.  Human trafficking is modern-day slavery and remains a hidden reality in Malta, affecting people exploited in construction, hospitality, domestic work, and within massage parlours and prostitution. The Justice and Peace Commission invites us to a prayer gathering for all victims, presided by Bishop Joe Galea-Curmi, today at 4:30 pm, at the Good Shepherd Chapel, Balzan.

  • Solemnity of St Paul’s Shipwreck: We celebrate the feast of St Paul’s Shipwreck on Tuesday 10th February.  May we remind you that Mass is obligatory.  Mass times will be at 8.00am, 9.00am at Lapsi Church, 9.30am, 11.00am and 6.30pm.  There will be no 12.15pm Mass.
  • Mass for the sick:  On Wednesday 11th February Mgr Joseph Galea Curmi will celebrate Mass for the sick at 10am at Christ the King Basilica in Paola.  The sick and their carers are invited to attend. The relic of St Francis of Assisi will be present for the occasion.
  • Family Visits: We are in the process of visiting families we have not visited since 2020.  If you live in Ta’ Giorni Road, Ciantar Lane and Trejqet Grenfell and have not been contacted, or if you have recently moved to live in this street, please contact the office to arrange an appointment for a family visit.
  • Appreciation: We thank you for your donations during the collection in aid of the parish last weekend that amounted to €1400.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading