- Kunċizzjoni: Navżaw li mhux ser ikun hemm quddies fil-knisja tal-Kunċizzjoni nhar it-Tnejn 23 ta’ Marzu, u nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu, fil-festa tad-Duluri, il-quddiesa tal-5.15pm tkun bl-Ingliż.
- Coffee morning: Nhar it-Tlieta 24 ta’ Marzu se jsir coffee morning fis-Sala tal-Konferenzi fid-9.30am.
- Servizz ta’ Qrar: Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Marzu mis-6.00pm sat-8.00pm ikun hawn ħin għall-qrar fil-Knisja Parrokkjali. Se jkun hemm Ġesu Sagramentat espost barra l-ħin tal-quddiesa.
- Kunċerti
- Nhar il-Ħamis 26 ta’ Marzu fil-5.30pm il-kummissjoni Kateketika qed torganiżża It-Triq tas-Salib b’mużika sagra u funebri u riflessjoni, bil-parteċipazzjoni tal-Banda San Ġiljan u t-tfal tal-Katekiżmu. Il-quddiesa ta’ filgħaxija ssir fis-7pm.
- Is-St Julian’s Choral Group jistiedinkom għal servizz korali ta’ riflessjoni għar-Randan u l-Għid bl-isem Passio et Spes (Passjoni u Tama), li se jsir nhar il-Ħamis ukoll 26 ta’ Marzu fis-7:30pm fil-Konkatidral Anglikan ta’ San Pawl fil-Belt Valletta. Dawk li jixtiequ jibbukkjaw trasport huma mitluba jikkuntattjaw lill-Kunsill Lokali.
- Festa tad-Duluri (il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu):
- Fl-4:30 issir Siegħa ma’ Marija Adolorata fil-Knisja ta’ Lapsi
- Fil-5.15pm issir quddiesa fil-Kappella tal-Kunċizzjoni bl-Ingliż;
- Fil-5.30pm issir quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi;
- Fis-6.30pm isir il-pellegrinaġġ penitenzjali ma’ Marija Addolorata. Dan joħroġ mill-Knisja Parrokkjali, għal Triq Lapsi, idur lejn Triq Sant’Anglu, jinżel Telgħet B’Kara, jgħaddi minn Triq il-Kbira u Triq Mons Guido Calleja u jidħol lura lejn il-Knisja Parrokkjali. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tibda għall-ħabta tat-7.45pm.
- Ħadd il-Palm: Nhar il-Ħadd 29 ta’ Marzu, isir it-tberik taż-żebbuġ fil-Knisja ta’ Lapsi fid-9.00am. Inħeġġu lit-tfal li jiġu libsin ta’ personaġġi bibliċi biex imbagħad nimxu proċessjonalment lejn il-Knisja Parrokkjali fejn tkompli l-quddiesa fid-9.30am bis-sehem tat-tfal. Il-quddiesa ta’ filgħaxija ssir fis-7pm għax naqilbu għall-ħin tas-sajf.
- Wirja Fotografika ta’ Immaġini: Bejn il-25 ta’ Marzu u 4 ta’ April, il-Każin Banda San Ġiljan ser jorganizza Wirja ta’ Ritratti bit-titlu ‘Images of Faith’ li ser tinżamm ġewwa l-Każin stess. Il-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ issibuhom fil-posters li hemm imwaħħlin fin-notice boards.
- Kummissjoni Djakonija: Din hi l-aħħar ġimgħa għall-ġbir ta’ ikel, toiletries u detergents għall-familji fil-bżonn. Jekk hemm min jixtieq joffri li jipprepara ikla tal-Għid jew joffri xi donazzjoni għall-familji fil-bżonn, jista’ jkellimna. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem.
- Apprezzament: Nirringrazzjawkom tal-ġabra għall-bżonnijiet tas-Seminarju li leħqet is-somma ta’ €2,200.
- Kuncizzjoni: We inform you that there will be no Mass at the Church of the Conception this Monday 23rd March, while on Friday, the Feast of Our Lady of Sorrows, 27th March, the 5.15pm Mass will be in English.
- Coffee Morning: On Tuesday 24th March, a coffee morning will be held in the Conference Hall at 9:30am.
- Confession Service: On Wednesday, 25th March, from 6:00pm to 8:00pm, there will be time for confessions at the Parish Church. The Blessed Sacrament will be exposed outside Mass time.
- Concerts:
- On Thursday, 26th March at 5:30pm, at the Parish Church the Catechetical Commission is organizing the Way of the Cross for children which will incude band music and reflections, with the participation of the St Julian’s Band and the children. Evening Mass will be at 7pm.
- The St Julian’s Choral Group invites us to a reflective Lenten and Easter choral service entitled Passio et Spes (Passion and Hope), to be held also on Thursday 26th March at 7:30pm at St Paul’s Pro-Cathedral in Valletta.
- Feast of Our Lady of Sorrows (Friday, 27th March):
- At 5:15pm, Mass will be held in English at the Immaculate Conception Church;
- At 5:30pm, Mass will be held at Lapsi Church;
- At 6:30pm, the penitential pilgrimage with Our Lady of Sorrows will begin from the parish church proceeding along Triq Lapsi, turning into Triq Sant’Anglu, descending Telgħet B’Kara, passing through Triq il-Kbira and Triq Mons Guido Calleja, and returning to the Parish Church. The evening Mass will begin at around 7:45pm.
- Palm Sunday: On Sunday, 29th March, the blessing of olive branches will take place at Lapsi Church at 9:00am. Children are encouraged to come dressed as biblical characters, after which we will proceed in procession to the Parish Church where Mass continues at 9:30am with children’s participation. Evening Mass will be at 7pm as we would have started summer time.
- Exhibition of Photographic Images: Between the 25th of March and the 4th of April, the St Julian’s Band Club will organize a photography exhibition titled “Images of Faith”, which will be held at the Club’s premises. The opening days and times can be found on the posters displayed on the notice boards.
- Diaconia Commission: This is the last week for the collection of food, toiletries, and detergents for families in need. Anyone who wishes to offer to prepare an Easter meal or make a donation for families in need may contact us. We thank you in advance for your generosity.
- Appreciation: We thank you for the collection for the needs of the Seminary, which reached the sum of €2,200.

