AVVIŻI – PARISH NOTICES 7 – 8 ta’ Marzu 2026

  • Eżerċizzi:  L-eżerċizzi ser ikomplu nhar l-Erbgħa 11 ta’ Marzu fis-7.00pm fil-Knisja Parrokkjali.  Predikatur: Fr Gordon Refalo. Infakkrukom fl-irtir ta’ nofs ta’ nhar li se jsir fid-19 ta’ Marzu, li huwa kontinwazzjoni ta’ dawn l-eżerċizzi spiritwali. Dan ukoll se jkun immexxi mill-istess predikatur.
  • Laqgħat:  Fl-okkażjoni tal-Ġublew Franġiskan ser ikollna laqgħa fil-monasteru tal-Klarissi  nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu fis-7.15pm fejn ikollna taħdita mill-Madre Sr Claire Agnes Xerri u ftit mumenti ta’ adorazzjoni. Min jixtieq trasport jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali. Permezz ta’ din iż-żjara wieħed jista’ jirbaħ l-indulġenza plenarja taħt il-kundizzjonijiet tas-soltu.
  • Ġabra seminarju: Il-weekend li ġej ser ssir il-ġabra għas-Seminarju. Ejjew nitolbu għal aktar vokazzjonijiet.
  • Booksale: Se ssir bejgħ ta’ kotba bi prezzijiet imraħħsa fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla.
  • Żjarat fil-familji: Qegħdin fil-proċess li nżuru l-familji li joqgħodu fil-parroċċa u li ilna ma nzuru minn qabel l-2020. Jekk toqgħod fi Triq Claire E Engel, Triq Schemerhorn jew Triq Diodorus Siculus u ma kkuntattjajnikx jew jekk ġejt toqgħod f’dawn it-toroq riċentement, jekk joghġobkom tistgħu tikkuntattjaw l-uffiċċju biex tagħmlu appuntament għal żjara fil-familja.
  • ‘Wallpaper li jiġbed l-għajn’: Ser issir attività edukattiva għal tfal ta’ bejn it-8 u 10 snin bl-isem ‘Wallpaper li jiġbed l-għajn’ ġewwa l-Aġenzija Żgħażagħ, Sta Venera nhar is-Sibt 14 ta’ Marzu 2026 fit-3pm. Tinkludi storja animata għat-tfal u l-familji tagħhom biex jikbru spiritwalment u fil-kitba kreattiva. Għal aktar informazzjoni u biex tirreġistra żur is-sit sds.mt.
  • Hampers għall-familji fil-bżonn: Tqiegħdu qfief fil-bibien tal-knisja parrokkjali biex jinġabru oġġetti tal-ikel u ta’ iġjene. Nitlobkom tpoġġu d-donazzjonijiet tagħkom fil-qfief sal-22 ta’ Marzu sabiex ikun hemm biżżejjed żmien biex jitħejjew u jitqassmu l-hampers lill-familji fil-bżonn. Jintlaqgħu wkoll donazzjonijiet monetarji minflok oġġetti. F’isem dawb il-familji, nirringrazzjawkom tal-ġenerożità u s-sapport tagħkom.
  • Figolli: Ser ikollna figolli home made u magħmulin bil-lewż pur għall-bejgħ għall-prezz ta’ €10.00.  Il-ġbir kollu jmur għall-bżonnijiet tal-parroċċa.  Jekk jogħġobkom ordnawhom l-uffiċċju parrokkjali sat-13 ta’ Marzu.  Dawn m’humiex ser jinbiegħu minn fuq iz-zuntier.
  • Muniti: Qed insibu diversi muniti barranin meta niġu biex ngħoddu l-flus tal-ġbir kull ġimgħa. Nfakkrukom li l-flus jintgħaddu minn magna u dawn jagħmlulha l-ħsara u neħlu ċ-charges tal-bank ukoll.  Napprezzaw li ma titfgħux muniti barranin. Grazzi tal-attenzjoni.
  • Jum il-Mara: Nawguraw il-jum it-tajjeb lin-nisa kollha fl-okkazjoni ta’ Jum il-Mara filwaqt li nitolbu għan-nisa kollha li għaddejjin minn żmien diffiċli.
  • Lenten Talks: The next Lenten talk will be held on Wednesday 11th March at 7pm at the Parish Church. Preacher: Fr Gordon Refalo. We remind you of the half day retreat to be held on the 19th March which is a continuation of these spiritual exercises. This is also led by the same preacher.
  • Meetings: On the occasion of the Franciscan Jubilee, there will be a meeting at the Poor Clares Monastery on Friday, 13th March at 7:15pm. The event will include a talk by Mother Sr Claire Agnes Xerri and a few moments of adoration.  Anyone who would like transport can call the parish office. Through this visit, one may obtain the plenary indulgence under the usual conditions.
  • Collection:  Next weekend all collections made will go in aid of the Archbishop’s seminary.  Meanwhile let us pray for more vocations.
  • Booksale: A book sale with discounted prices will be held next weekend.
  • Family Visits: We are in the process of visiting families we have not visited since 2020.  If you live Claire E Engel Street, Schemerhorn Street or Diodorus Siculus  Street and have not been contacted, or if you have recently moved to live in these streets, please contact the office to arrange an appointment for a family visit.
  • Eye-Catching Wallpaper: An educational activity for children aged 8 to 10 and their families called “Eye-Catching Wallpaper” will be held at Aġenzija Żgħażagħ, Sta Venera. on Saturday, 14th March 2026 at 3:00pm.  It includes an animated story for children and their families to help them grow spiritually and in creative writing.  For more information and to register, visit sds.mt.
  • Hampers for families in need: Baskets have been placed at the doors of the parish church for donations of non-perishable food items and toiletries. Please place your contributions in the baskets by 22nd March to allow time for the hampers to be prepared and distributed to families in need.  Monetary donations in lieu of goods are also gratefully accepted. On behalf of the families we thank you for your generosity and support.
  • Figolli:  We will have homemade figolli made with pure almonds for sale at the price of €10.00. All proceeds will go towards the needs of the parish. Please place your orders at the parish office by 13th March. These will not be sold on the church parvis.
  • Coins:   We are finding foreign coins every week when counting the collections.  These cause faults in the counting machine and we incur bank charges too.  We kindly ask you not to use such coins for the collections.  Thank you for your attention.
  • Women’s day:  We wish a good day to all women on the occasion of Women’s Day while we pray for all women going through a difficult time.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading