- Adorazzjoni għada/illejla: Il-Ħadd 12 ta’ April/illejla fis-5.45pm ikun hawn adorazzjoni u fis-7.00pm Quddiesa organizzata mill-Appostolat tal-Ħniena Divina. Filgħodu wara l-quddiesa tad-9am fil-Knisja ta’ Lapsi ssir l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina.
- Katekiżmu: Matul din il-ġimgħa, il-klassijiet tal-Katekiżmu jerġgħu jibdew wara l-vaganzi tal-Għid.
- Quddies: Nhar il-Erbgħa u nhar il-Ġimgħa li ġejjin (15 u 17 ta’ April), il-quddiesa tas-7pm fil-knisja parrokkjali ser issir bl-Ingliż.
- Ġabra: Nirringrazzjawkom tal-ġabra li għamilna il-weekend li għadda li laħqet is-somma ta’ €1,880. Grazzi tal-ġenerosita’ tagħkom. Il-ġabra li ser ssir il-weekend li ġej (18 u 19 ta’ April) ser tmur għal istituzzjonijiet tal-Knisja, fosthom madwar 1,600 persuna li jinkludu tfal u żgħażagħ li jgħixu fid-djar tat-tfal, saċerdoti anzjani, persuni b’diżabilità, nies bla saqaf fuq rashom, dawk li qed jingħataw l-għajnuna biex joħorġu mill-vizzju tad-droga, migranti, vittmi ta’ vjolenza domestika, kif ukoll familji fil-bżonn. Din il-ġabra annwali ssir fl-okkazzjoni ta’ Jum il-Karita’.
- Żjarat fil-familji: Qegħdin fil-proċess li nżuru l-familji li joqgħodu fil-parroċċa u li ilna ma nżuru minn qabel l-2020. Jekk toqgħod fi Triq Abbe de Vertot, Albert Mayr, Andre’ Maurois, Carlo Zabarella, Eric Brockman, Francesco Balbi, Hans Stumme, Wesgħa Agostino Savelli jew Triq John Buontempo u ma kkuntattjajnikx jew jekk ġejt toqgħod f’dawn it-toroq riċentement, tistgħu tikkuntattjaw l-uffiċċju biex tagħmlu appuntament għal żjara fil-familja.
- Ħarġa tal-Grupp Ħbiberija: Il-ħarġa li jmiss se ssir nhar il-Ġimgħa 17 ta’ April. Nitilqu minn Ta’ Giorni fl-10am u minn Spinola fl-10.10am u nitilqu lura fit-3pm. Ser issir quddiesa fil-knisja tal-Manikata imbagħad immorru nieħdu xi ħaġa Għajn Tuffieħa.
- Adoration tomorrow/this evening: Tomorrow, Sunday 12th April / this evening at 5:45pm there will be an Adoration, and at 7:00pm a Mass organized by the Apostolate of Divine Mercy. In the morning, after the 9:00am Mass at Lapsi Church, there will be a Divine Mercy Adoration.
- Catechism: During this week, Catechism classes will resume after the Easter holidays.
- Masses: This Wednesday and Friday (15th and 17th April), the 7:00pm Mass in the parish church will be held in English.
- Collection: We thank you for last weekend’s collection, which reached the sum of €1,880. Thank you for your generosity. The collection for next weekend (18th and 19th April) will go to Church institutions, including around 1,600 people such as children and youths living in children’s homes, elderly priests, persons with disabilities, the homeless, those receiving help to overcome drug addiction, migrants, victims of domestic violence, as well as families in need. This annual collection is held on the occasion of the Day of Charity.
- Family visits: We are in the process of visiting families living in the parish whom we have not visited since before 2020. If you live on Abbe de Vertot Street, Albert Mayr Street, André Maurois Street, Carlo Zabarella Street, Eric Brockman Street, Francesco Balbi Street, Hans Stumme Street, Agostino Savelli Square or John Buontempo Street, and we have not contacted you, or if you have recently moved to these streets, you may contact the office to arrange a family visit.
- Grupp Ħbiberija Outing: The next outing will take place on Friday 17th April. We will leave Ta’ Giorni at 10am and Spinola Bay at 10.10am, and return at 3pm. A Mass will be celebrated at Manikata Church and will be followed by a snack at Golden Bay.

