- Grupp ta’ talb ta’ Padre Pio: Nhar it-Tnejn 4 ta’ Mejju issir il-laqgħa tal-grupp Padre Pio fil-knisja tal-Kunċizzjoni fl-4.30pm.
- Laqgħat għall-koppji: Ser ikomplu l-laqgħat bl-Ingliż għall-koppji li ilhom miżżewġin 10 snin jew inqas fejn nitkellmu fuq issues ta’ koppji zgħar. Il-laqgħa li jmiss ser issir nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Mejju fil-kamra numru 4 fiċ-Ċentru San Giljan fis-7.30pm u hi mmexxija minn żewġ koppji. Ser ikun hemm ukoll min jieħu ħsieb it-tfal fil-kamra numru 3. Min jixtieq jattendi jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali.
- Għoti tad-Demm: Għada/llum il-Ħadd 3 ta’ Mejju se jkun hemm il-Mobile Unit ħdejn il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann mit-8:30am sas-1:00pm. Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Mejju wkoll iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm f’G’Manga se jibqa’ miftuħ sat-8pm.
- Talb għal mejtin tal-parroċċa: Fix-xahar li għadda għaddew għall-ħajja ta’ dejjem mill-Parroċċa tagħna: Tracy Xuereb, Emmanuel Spiteri, Raymond Busuttil, Lina Busuttil, Julian Mifsud u Lino Camilleri. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…
- Padre Pio Prayer Group: On Monday, 4th May, the Padre Pio group will meet at the Church of the Immaculate Conception at 4:30pm.
- Meetings for Married Couples: The meetings for couples married for 10 years or less will continue in English, where topics related to young couples are discussed. The next meeting will be held on Friday, 8th May, in Room 4 at the St Julians Centre at 7:30pm, and will be led by two couples. Childcare will also be available in adjoining Room 3. Anyone wishing to attend may call the parish office.
- Blood Donation: Tomorrow/today, Sunday 3rd May, there will be a Mobile Unit near the Parish Church of St John from 8:30am to 1:00pm. On Friday, 8th May, the Blood Donation Centre in G’Mangia will also remain open until 8:00pm.
- Prayer for the faithful departed: We pray for Tracy Xuereb, Emmanuel Spiteri, Raymond Busuttil, Lina Busuttil, Julian Mifsud, and Lino Camilleri who entered eternal life during April. Eternal rest grant unto them O Lord …

