- Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Tqarbina:
- Nhar it-Tlieta 2 ta’ Ġunju fil-5.00pm se jsir it-tieni rehearsal għat-tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Parrokkjali.
- Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Ġunju mill-6.00pm sat-8.00pm ikun hawn is-servizz tal-Qrar għall-ġenituri u t-tfal tal-Ewwel Tqarbina fil-Knisja Parrokkjali. Il-Qrar huwa miftuħ għal kulħadd u tkun okkażjoni sabiħa li nqerru qabel il-Festa ta’ Corpus.
- c. Nhar is-Sibt 6 ta’ Ġunju, 22 tifel u tifla se jiċċelebraw l-Ewwel Tqarbina fil-parroċċa tagħna. Iċ-Ċelebrazzjoni tibda fl-10.30am fil-Knisja Parrokkjali. Dakinhar il-quddiesa tad-9.00am tkun fit-8.30am.
- d. Festa ta’ Corpus Christi: Il-Ħadd filgħaxija 7 ta’ Ġunju wara l-quddiesa tas-7.00pm se ssir purċissjoni b’Ġesu’ Sagramentat akkumpanjat mit-tfal tal-Ewwel Tqarbina li tagħmel waqfa fil-Knisja ta’ Lapsi fejn issir it-talba ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb ta’ Ġesu’ u tingħata l-barka sagramentali.
- Grupp ta’ talb ta’ Padre Pio: Nhar it-Tnejn 1 ta’ Ġunju jkun hawn il-laqgħa tal-grupp Padre Pio fil-knisja tal-Kunċizzjoni fl-4.30pm.
- L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar: Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju fis-7.00pm ikun hawn quddiesa u wara adorazzjoni fil-Knisja Parrokkjali.
- Festa ta’ Santa Rita: Nhar is-Sibt 6 ta’ Ġunju fis-6.30pm fil-kappella ta’ Santa Rita, fis-Swieqi sa tiġi ċċelebrata il-festa ta’ Santa Rita b’quddiesa li tiġi segwita minn barka sagramentali u bews tar-relikwa. Wara jkun hemm bibita fuq iz-zuntier bil-parteċipazzjoni tal-Banda Spinola.
- Enkor: Nhar is-Sibt 20 ta’ Ġunju, il-kor EnKor ser ikun qed itellgħa kuncert biex jiċċelebra l-għaxar sena ta’ servizz fil-Parroċċa ta’ San Ġiljan. Il-kunċert ser isir fis-sala tal-Konferenzi u jibda fit-8.30 ta’ filgħaxija. Min jixtieq jattendi u jiċċelebra magħna, jista’ jakkwista l-biljetti jew minn fuq il-Facebook page tal-kor stess, EnKorMalta, jew inkella mill-Uffiċċju Parrokkjali waqt il-ħinijiet tal-ftuħ. Kull biljett jiswa €13, u l-qligħ se jmur għal kawża ġusta fi ħdan il-Kummisjoni Djakonija tal-Parroċċa.
- Librerija tas-Seminarju: Il-Librerija fis-Seminarju tal-Arċisqof ġewwa r-Rabat hija disponibbli għal studenti li jixtiequ jaħdmu jew jistudjaw fiha, speċjalment f’dawn iż-żminijiet tal-eżamijiet. Hemm isibu ambjent kwiet li jgħinhom jikkonċentraw u jaħdmu fuq l-istudju jew il-kitba tagħhom bla ħlas.
- Ġabra festa: Infakkrukom li l-ġbir kollu li se jsir matul il-weekend li ġej se jkun għall-bżonnijiet tal-festa liturġika.
- First Holy Communion Celebration:On Tuesday 2nd June at 5:00pm, the second rehearsal for the First Holy Communion will take place in the Parish Church.On Wednesday 3rd June from 6:00pm to 8:00pm, we will have the Sacrament of Confession for the parents and children celebrating their First Holy Communion in the Parish Church. Confession is open to everyone and will be a beautiful opportunity to confess before the Feast of Corpus Christi.On Saturday 6th June, 22 boys and girls will celebrate their First Holy Communion in our parish. The celebration begins at 10:30am in the Parish Church. On that day, the 9:00am Mass will instead be held at 8:30am.Feast of Corpus Christi: On Sunday 7th June after the 7:00pm Mass, there will be a procession with the Blessed Sacrament accompanied by the First Holy Communion children. The procession will stop at Lapsi Church, where the Prayer of Consecration to the Sacred Heart of Jesus will be said and the sacramental blessing will be given.
- Padre Pio Prayer Group: On Monday, 1st June, there will be a meeting of the Padre Pio group at the Church of the Immaculate Conception at 4:30pm.
- First Friday of the Month: On Friday 5th June at 7:00pm there will be Mass followed by an adoration in the Parish Church.
- Feast of Saint Rita: On Saturday 6th June at 6:30pm, at Saint Rita’s chapel in Swieqi, the feast of Saint Rita will be celebrated with Mass, followed by sacramental blessing and veneration of the relic. Afterwards, refreshments will be served on the church parvis with the participation of the Spinola Band.
- EnKor: On Saturday, 20th June, the choir EnKor will hold a concert to celebrate ten years of service in Saint Julian’s Parish. The concert will take place in the Conference Hall and will begin at 8:30pm. Those who wish to attend and celebrate with us may obtain tickets either from the choir’s Facebook page, EnKorMalta, or from the Parish Office during opening hours. Each ticket costs €13, and the proceeds will go towards a charitable cause within the Parish Diaconia Commission.
- Seminary Library: The Library at the Archbishop’s Seminary in Rabat is available for students who wish to work or study there, especially during this examination period. They will find a quiet environment that helps them concentrate and work on their studies or writing free of charge.
- Feast Collection: We remind you that all collections made during the coming weekend (6th to 7th June) will go towards the needs of the liturgical feast.

