- Ġabra ta’ San Pietru: Hija x-xewqa tal-Q.T. il-Papa Ljun li nhar is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd 27 u 28 ta’ Ġunju ssir ‘l-Offerta ta’ San Pietru’. B’din il-ġabra nkunu qiegħdin nuru l-imħabba tagħna lejn il-Papa u ngħinuh bien ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karita’ mad-dinja kollha, ma’ ħutna l-aktar fil-bżonn, speċjalment dawk li huma milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra. Inħeġġukom li tkunu ġenerużi.
- Quddiesa għall-familji: Nhar il-Ħadd 28 ta’ Ġunju ser issir quddiesa għall-familji fil-Knisja Parrokkjali fid-9.30am u tkun animata mit-tfal.
- Ser isir irtir għall-persuni separati nhar is-Sibt 4 ta’ Lulju – Mt St Joseph, Mosta. Dawk li jixtiequ jattendu huma ġentilment mitluba jirreġistraw online fuq dan il-link: https://parrocci.knisja.mt/forms/irtir-ghall-persuni-separati/
- Korsijiet: F’Ottubru li ġej, il-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta se toffri korsijiet ta’ livelli differenti fit-Teoloġija, Akkumpanjament Spiritwali, Etika tan-Negozju, Etika Ambjentali, Ministeru maż-Żgħażagħ, Studji Reliġjużi, u Spiritwalità. Dawk interessati jistgħu japplikaw għal boroż ta’ studju sa €2,000. Inħeġġiġkom tikkonsidraw xi wieħed minn dawn il-korsijiet li jgħinuna nifhmu u napprezzaw aħjar is-sbuħija tal-fidi tagħna. L-applikazzjonijiet huma miftuħa! Għal aktar tagħrif, idħlu fil-website tal-Fakultà (www.um.edu.mt/theology) jew fil-paġna tal-Facebook tal-Fakultà (www.facebook.com/um.theology).
- Powerpoint: Nixtiequ aktar persuni jagħtu s-sehem tagħhom waqt il-quddies billi jmexxu l-powerpoint presentation. Għandna persuni li kull ġimgħa jieħdu ħsieb ilestu powerpoint presentations għalikom. Dan ikun inutli jekk ma jkunx hemm xi ħadd mill-lap top. Mhux qed nitolbu xi sforz enormi. Xorta ser tkun qed tisma’ l-quddiesa preferita tiegħek; flok tkun bil-qiegħda fuq il-bank, ser tkun bil-qiegħda ħdejn il-laptop. Tkun qed tagħti servizz waqt li qed tipparteċipa fl-istess quddiesa. Min hu interessat jista’ jkellimni wara l-quddiesa u jekk hemm bżonn nistgħu noffru wkoll għajnuna biex tipprattika. Flimkien nistgħu nagħmlu użu aħjar mill-rizorsi li għandna.
- Apprezzament: Nirringrazzjawkom tal-ġabra li saret fl-ewwel weekend tax-xahar għall-bżonnijiet tal-festa fejn inġabru €1,640.
- Collection for the Pope: It is the wish of his Holiness Pope Leo that a collection known as the Offering of St Peter be held next weekend. Donations will show our love towards the Pope and will go to help him further spread his works as Shepherd of the Universal Church by means of international donations of charity, to those most in need, especially those hit by emergencies, natural disasters and war.
- Mass for Families: On Sunday 28 June, a Mass for families will be celebrated at the Parish Church at 9:30 a.m. and will be animated by the children.
- Retreat for Separated Persons: A retreat for separated persons will be held on Saturday 4th JulyatMt St Joseph, Mosta. Those wishing to attend are kindly requested to register online using the following link: https://parrocci.knisja.mt/forms/irtir-ghall-persuni-separati/
- Courses: This coming October, the Faculty of Theology at the University of Malta will offer courses at various levels in Theology, Spiritual Accompaniment, Business Ethics, Environmental Ethics, Youth Ministry, Religious Studies, and Spirituality. Interested applicants may apply for scholarships of up to €2,000. We encourage you to consider one of these courses, which can help us better understand and appreciate the beauty of our faith. Applications are now open. For more information, visit the Faculty’s website or Facebook page.
- Powerpoint presentation: We would like more people to assist during the Mass by running the powerpoint presentation. We have people who take care of preparing powerpoint presentations for you every week. This would be useless if there is no one at the laptop. We are not asking for an enormous effort. You will still be participating at your favorite Mass; instead of sitting on the pew, you will be sitting next to the laptop. You will be giving service while participating in the same mass. Anyone interested can talk to me after the Mass and, if necessary, we can also offer help to practice. Together we can make better use of the resources we have.
- Appreciation: We thank you for the collection taken during the first weekend of the month for the needs of the parish feast. A total of €1,640 was raised.

