- Lejla Maltija: Nhar is-Sibt 22 t’Awwissu fit-7.45pm ser ikun hemm quddiesa fil-Bajja ta’ Spinola. Dakinhar ma jkunx hawn quddiesa tat-7.45pm fil-Knisja Parrokkjali. Wara l-quddiesa se jkun hemm Lejla Maltija fl-istess bajja. Inħeġġukom tattendu biex flimkien nibdew il-festa tal-patrun tagħna.
- Jum il-Familja: Nhar l-Ħadd 23 ta’ Awwissu fid-9.30am nistiednu dawk il-koppji li ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum jew qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali taż-żwieġ din is-sena. Min jixtieq jista’ jinkiteb għal din il-quddiesa billi jċemplu jew jibagħtu email lill-uffiċċju parrokkjali.
- Kummissjoni Djakonija: Tpoġġew qfief fil-Knejjes kollha għall-ġbir ta’ ikel, toiletries u detergents għall-familji fil-bżonn. Jekk hemm min jixtieq joffri li jipprepara ikla għall-festa jew joffri xi donazzjoni għall-familji fil-bżonn, jista’ jkellimna. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna tagħkom bil-quddiem.
- Jum it-Tfal u l-Addoloxxenti: Mistiednin il-familji li għandhom it-tfal li rċevew il-magħmudija mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum fejn issir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan nhar l-Erbgħa 26 ta’ Awwissu fis-7pm. Dan jista’ jsir billi ċċemplu jew jibagħtu email lill-uffiċċju parrokkjali.
- Ktieb tal-festa: Il-programm tal-festa tistgħu issibuh fil-bibien tal-knisja.
- Uffiċċju magħluq: L-uffiċċju parrokkjali se jkun magħluq mit-Tlieta 18 sal-Ħamis 20 ta’ Awwissu.
- Lejla Maltija: On Saturday, August 22 at 7:45 p.m., there will be Mass at Spinola Bay. There will be no 7:45 p.m. Mass in the Parish Church that day. After Mass, there will be a Maltese Night at the same bay. We encourage you to attend so that together we can begin the feast of our patron saint.
- Day of the Family: On Sunday, August 23 at 9:30 a.m., we invite couples who have received the Sacrament of Marriage from last year’s feast until today, or who are celebrating a special wedding anniversary this year. Those who wish to participate can register for this Mass by calling or emailing the parish office.
- Diaconia Commission: Baskets have been placed in all the churches to collect food, toiletries, and detergents for families in need. If anyone would like to offer to prepare a meal for the feast or make a donation to families in need, please contact us. We thank you in advance for your help.
- Children’s and Adolescents’ Day: Families with children who were baptized from last year’s feast until today are invited to the presentation of their children to St Julian on Wednesday, August 26 at 7:00 p.m. Please register by calling or emailing the parish office.
- Feast Booklet: You can find the feast programme in the booklet at the church entrances.
- Office Closed: The parish office will be closed from Tuesday, August 18 until Thursday, August 20.

