1. Festa: Fejn il-bibien tal-Knisja hemm il-programm tal-festa. Il-Programm kollu tal-Festa jinsab ukoll fuq il-website jew il-Facebook page tal-Parroċċa. Hawn ssibu d-dettalji prinċipali:
· Jum il-Familja: Għada/Illum il-Ħadd 23 ta’ Awwissu fid-9:30 issir quddiesa għal-familji fejn isir talba specjali għal dawk kollha li żżewgu mis-sena l-oħra ‘l hawn jew li qeghdin jiċċelebraw xi anniversarju speċjali.
· Ħrug tal-Vara: Għada/it-Tnejn 24 ta’ Awwissu, fis-7.00pm se jkun hawn quddiesa għad-dilettanti tal-festa u wara l-vara titulari ta’ San Giljan tinħareġ min-niċċa u titwassal fuq iz-zuntier.
· Jum l-Anzjani: It-Tlieta 25 ta’ Awwissu fis-6.30pm fil-Knisja ta’ Lapsi, tiġi ċċelebrata quddiesa għall-anzjani u l-morda, li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda.
· Jum it-Tfal: Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Awwissu ser tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal fis-7.00pm u wara ssir manifestazzjoni għalihom bl-istatwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali sal-Knisja ta’ Lapsi. F’din il-quddiesa sa jiġu ppreżentati t-trabi lil San Ġiljan. Jekk għadkom ma avvicinajtunix biex tagħmlu dan, ċemplu jew ibgħatu email sa nhar it-Tnejn.
· Jum l-Għaqdiet: Nhar il-Ħamis 27 ta’ Awwissu ssir quddiesa fis-7.00pm u għaliha huma mistiedna l-membri tal-Kummissjonijiet u l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa. Wara jsir riċeviment għal dawk li rċevew l-invit.
· Jum il-Morda: Il-Ġimgħa 28 ta’ Awwissu fis-6.00pm fil-Knisja ta’ Lapsi ssir quddiesa u wara prietka b’tifħir u glorja lil San Ġiljan. Wara tingħad il-Kurunella u tingħata l-Barka Sagramentali.
Fis-7.00pm issir quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. Mistiedna speċjali anzjani rikoverati fid-Djar tal-Anzjani. F’din il-quddiesa jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda.
· Lejliet il-Festa 29 ta’ Awwissu: Nhar is-Sibt fil-5.15pm issir Quddiesa l-Kuncizzjoni u fis-5.45pm issir Quddiesa fil-Knisja ta’ Lapsi.
Fis-6.30pm issir it-translazzjoni solenni tar-relikwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja ta’ Lapsi sal-Knisja Parrokjali. Wara ssir Quddiesa fis-7pm.
Dakinhar fil-Knisja Parrokjali ikun hemm quddiesa waħda fis-7pm; jiġifieri ma jsirux waħda fis-6.30pm u oħra fit-7.45pm.
· Jum il-Festa 30 ta’ Awwissu: Il-ħin tal-quddies ikun: 8.00am, 9.00am (Knisja ta’ Lapsi), 9.30am (Solenni), 11.30am bl-Ingliż, minnflok tal-11.00am u l-12.15pm.
Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.
Fis-7.00pm toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġiljan. Fid-dħul tal-purċissjoni tingħata l-barka sagramentali.
2. Avviż dwar l-aċċess għall-Knisja Parrokkjali: Spinola Car Park se tibqa’ aċċessibbli min-naħa ta’ Triq il-Baltiku biss meta tingħalaq Triq Mikelang Borg. Dan sabiex tkunu avżati għall-aċċess għall-quddies ta’ nhar il-Ħadd fil-11.30am u s-6pm kif ukoll għall-purċissjoni.
3. Katekizmu: Infakkarkom fid-dati tar-reġistrazzjoni tal-Katekizmu (1 u 5 ta’ Settembru). Jekk hemm diffikulta’ dwar dawn id-dati avżawna matul din il-ġimgħa.
1. Feast booklet: Feast booklets are available near the church doors and the detailed programme of activities can also be found on our website, feast booklet and Facebook page.
2. Family Day: Tomorrow/Today, Sunday 23 August at 9:30am, Mass will be celebrated for families, with a special prayer for all those who have got married since last year or who are celebrating a special anniversary.
3. Tomorrow/Monday 24 August at 7:00pm, there will be a Mass for feast enthusiasts, followed by the titular statue of St Julian being taken out of its niche and carried onto the church parvis.
4. Mass for the Elderly: On Tuesday 25 August at 6:30pm at the Lapsi Church, Mass will be celebrated for the elderly during which the Sacrament of the Anointing of the Sick will be administered.
5. Children’s Day: On Wednesday 26 August, Mass for children will be celebrated at 7:00pm, followed by a procession with the statue of St Julian from the Parish Church to the Lapsi Church. During this Mass, children will be presented to St Julian. If you have not yet contacted us to arrange this, please call or email us by Monday.
6. Group’s Day: On Thursday 27 August, Mass will be celebrated at 7:00pm, to which members of the parish commissions and religious and social organisations are invited. A reception will follow for those who have received an invitation.
7. Day of the Sick: On Friday 28 August at 6:00pm, Mass will be celebrated at the Lapsi Church, followed by a sermon in praise and glory of St Julian. The Chaplet will then be recited, followed by Sacramental Benediction. At 7:00pm, Mass will be celebrated at the Parish Church. Elderly people residing in care homes are especially invited. The Sacrament of the Anointing of the Sick will be administered during this Mass.
8. Eve of the feast Saturday 29th August:
Mass will be celebrated at the Immaculate Conception Church at 5:15pm, followed by Mass at the Lapsi Church at 5:45pm.
At 6:30pm, the solemn translation of the relic of St Julian will take place from the Lapsi Church to the Parish Church. Mass will then be celebrated at 7:00pm.
On that day, there will be only one Mass at the Parish Church, at 7:00pm; and not at 6:30pm and 7:45pm.
9. Feast of St Julian Sunday 30th August:
Mass times will be: 8:00am, 9:00am (Lapsi Church), 9:30am (Solemn Mass), and 11:30am in English, instead of the 11:00am and 12:15pm Masses.
At 6:00pm, Mass will be celebrated at the Parish Church.
At 7:00pm, the procession with the statue of St Julian will leave the church. Sacramental Benediction will be given when the procession returns.
10. Notice regarding access to the parish church: When Mikelang Borg Road is closed, one can still access Spinola Car Park via Triq il-Baltiku. Please take note of this for access to the Sunday Masses at 11:30am and 6:00pm, as well as for the procession.
11. Catechism: We remind you about the dates for the applications for Catechism (1st and 5th September). If you have any difficulty with these dates, please let us know during this week.

