22 – 30 t’Awwissu 2026
Il-Ħadd, 9 t’ Awwissu
Jum il-Ħajja

Mit-8.30 a.m. sas-1.00 p.m.: Uffiċjali miċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm se jkunu qegħdin fil-Każin Banda San Ġiljan għal dawk in-nies li jixtiequ jagħtu għotja ta’ demm. Inħeġġu lill-parruċċani biex jaċċettaw din l-istedina b’għan nobbli. Din l-attività qed issir fuq inizjattiva tal-Każin Banda San Ġiljan b’kollaborazzjoni mal-Parroċċa u l-Kunsill Lokali San Ġiljan.
Is-Sibt, 22 t’Awwissu
Jum it-Tħabbira tal-Festa

7.45 p.m.: Quddiesa f’Xatt is-Sajjieda mir-Rev. Dr Jean Gove’ animata mis-St. Julians School of Music fi ħdan il-Każin Banda San Ġiljan AD 1927, bis-sehem tas-St Julians Choral Group taħt id-direzzjoni ta’ Dominic Scerri Ellul.
Wara l-Quddiesa jkun hemm Lejla Maltija bis-sehem tal-istess banda u xi kantanti fejn tindaqq mużika popolari taħt id-direzzjoni ta’ Aaron Borg.
Illum ma ssirx il-Quddiesa tat-7.45 p.m. fil-Knisja Parrokkjali.
Il-Ħadd, 23 t’Awwissu
Jum il-Familja

9.30am: Quddiesa mmexxija mir-Rev. Prof. Stefan Attard, dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija, l-Università ta’ Malta, u saċerdot li jservi fil-parroċċa, fejn jiġu mistiedna koppji li ngħaqdu fis-Sagrament taż-Żwieġ mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum u koppji li għalqu xi anniversarju speċjali taż-żwieġ.
It-Tnejn, 24 t’Awwissu
Jum id-Dilettanti tal-Festa
Ħruġ tal-Vara min-Niċċa

7.00 p.m.: Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali mir-Rev.du Dun Julian Cassar, li jservi fid-djar tal-Anzjani Hilltop Gardens u Simblija, u fil-Parroċċa ta’ Marija Bambina fin-Naxxar, animata mis-St. Julian’s Choral Group, immexxi mis-Sur Brandon Attard. Mistiedna speċjali membri tal-għaqdiet li jorganiżżaw jew jieħdu sehem attiv fil-festa ta’ San Ġiljan, dilettanti tal-festa u persuni li jisimhom għall-qaddis patrun tagħna, San Ġiljan.
Wara l-quddiesa, il-vara titulari ta’ San Ġiljan tinħareġ min-niċċa tagħha u titwassal sa fuq iz-zuntier tal-knisja, fejn tiġi milqugħa mill-Banda San Ġiljan li tagħtiha tislima permezz tad-daqq tal-innu popolari u innijiet u marċi oħra.
Mal-ħruġ tal-vara fuq iz-zuntier jinħarqu salut u kaxxa infernali bil-beraq minn Triq Michelanġ Borg organizzati mis-Sur Julian Sammut.
It-Tlieta, 25 t’Awwissu
Jum l-Anzjani

6.30 p.m.: Fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi), ssirQuddiesa għall-anzjani organizzata mill-Kummissjoni Djakonija, li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Il-quddiesa tkun immexxija mill-W.R. Kan. Noel Camilleri, Kappillan tar-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul, u animata mis-St Julian’s Choral Group taħt it-tmexxija tas-Sur Brandon Attard.
Wara jkun hemm riċeviment għall-anzjani fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ Lapsi.
Fis-7.00.p.m ikun hemm xorta waħda jkun hemm quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.
L-Erbgħa, 26 t’Awwissu
Jum it-Tfal u l-Adolexxenti
7.00 p.m.: Fil-Knisja Parrokkjali tiġi ċċelebrata quddiesa għat-tfal u l-adolexxenti kollha tal-parroċċa, mir-Rev.du Dun Sergio Fenech, Kappillan tal-Forzi Armati ta’ Malta. Il-quddiesa tkun animata mill-Banda taż-Żgħażagħ tas-Soċjetà Mużikali Spinola, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Aldo Minuti.

Mistiednin il-familji li għandhom it-tfal li rċevew il-magħmudija mill-festa tas-sena l-oħra sal-lum fejn issir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Ġiljan.
Wara ssir manifestazzjoni għat-tfal bl-istatwa ta’ San Ġiljan, mill-Knisja Parrokkjali sal-Knisja ta’ Lapsi. Il-manifestazzjoni tkun akkumpanjata mill-Banda taż-Żgħażagħ tas-Soċjetà Mużikali Spinola u tgħaddi minn Triq Lapsi, Triq Sant’Anġlu – fejn tagħmel waqfa qasira f’Villa Anna Tereża biex tferraħ lir-residenti ta’ din id-dar tal-anzjani – Telgħet B’Kara, Triq San Mark u Triq Lapsi.
Hekk kif il-manifestazzjoni tasal quddiem il-knisja tiġi milqugħa bil-briju organizzat mill-grupp Briju Ġiljaniż u mill-Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi, San Ġiljan.

Wara l-purċissjoni, l-Għaqda Dilettanti Knisja ta’ Lapsi, San Ġiljan se tkun qed toffri ikel, ħelu u xorb għat-tfal kollha li jattendu fuq iz-zuntier tal-knisja, u jsegwi n-nar tal-art organizzat mill-istess Għaqda fil-fetħa ta’ quddiem l-iskola primarja.
Il-Ħamis, 27 t’Awwissu
Jum l-Għaqdiet

7.00 p.m. Fil-Knisja Parrokkjali ssir quddiesa mill-W.R. Dun Paul Mizzi, Kappillan. Din il-quddiesa tiġi organiżżata mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali u għaliha huma mistiedna b’mod speċjali l-Kummissjonijiet Parrokkjali u l-Għaqdiet Reliġjużi u Soċjali tal-parroċċa. Il-quddiesa tkun animata mis-St Julian’s Choral Group, taħt it-tmexxija tas-Sur Brandon Attard.
F’din il-quddiesa, il-membri tal-Kummissjonijiet u l-Għaqdiet jippreżentaw għotja b’risq il-proġetti ta’ karità tal-parroċċa. Wara jkun hemm riċeviment.
Il-Ġimgħa, 28 t’Awwissu
Jum il-Morda
6.00 p.m. Quddiesa letta fil-Knisja ta’ Lapsi mill-W.R. Kan. Dun Ryan Lee Pace, Kanċillier tal-Kapitlu tal-Perinsinji Kolleġġjata ta’ Sant’Elena u Viċi-Parroku tal-Parroċċa ta’ Birkirkara. Wara l-quddiesa, il-W.R. Kan. Luke Seguna, jinseġ priedka b’tifħir u glorja lil San Ġiljan.
Hekk kif tintemm il-priedka, tingħad il-kurunella, isir il-kant tal-innu tal-istrofi, Nomine Insignem u l-antifona, Beate Juliane (1847). Fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. Il-liturġija se tkun ppreseduta mill-W.R. Kan. Dun Ryan Lee Pace.
Jieħdu sehem il-Cappella Bel Canto u l-orkestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Hermann Farrugia Frantz. Tiġi esegwita mużika tas-surmastrijiet Nani.
Wara, riċeviment fuq iz-zuntier għal dawk kollha li jattendu.

7.00 p.m. Fil-Knisja Parrokkjali, Quddiesa għall-Morda, specjalment anzjani fid-djar residenzjali tal-anzjani mmexxija minn P. Karm Spiteri O.C.D., Pirjol tal-Kommunità tal-Karmelitani Skalzi (Tereżjani) f’Bormla, animata mis-St Julian’s Choral Group, taħt it-tmexxija tas-Sur Brandon Attard.
Waqt il-Quddiesa, jkun amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda.
Wara jsir riċeviment żgħir fuq iz-zuntier għal dawk li jattendu.
Is-Sibt, 29 t’Awwissu
Lejlet il-Festa
5.45 p.m.: Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi) mir-Rev.du Zak Portelli, kappillan tal-Istitut Teoloġiku Internazzjonali ġewwa l-Awstrija.

6.30 p.m.: Translazzjoni solenni bir-relikwa ta’ San Ġiljan mill-Knisja Parrokkjali l-Antika (Ta’ Lapsi) sal-Knisja Parrokkjali mmexxija mir-Rev.du Dun Marco Portelli, koordinatur tal-Uffiċċju għall-Ħidma Pastorali mal-Persuni Separati tal-Arċidjoċesi, u saċerdot li jservi fil-parroċċa tagħna u dik ġirien tal-Balluta.
7.00 p.m.: Ir-Rev.du Dun Marco Portelli jiċċelebra Quddiesa solenni fil-Knisja Parrokkjali bis-sehem l-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra mmexxija minn Mro. Brian Cefai. Tiġi esegwita il-Quddiesa Petite Messe Solennelle ta’ Luigi Bordese b’arranġament orkestrali u erba’ vuċijiet ta’ Mro. Brian Cefai.
Din il-Quddiesa issir minflok tas-6.30 p.m. u s-7.45 p.m.
Nfakkru fil-Qrar u Tqarbin li huwa l-qofol ta’ kull ċelebrazzjoni.
Il-Ħadd, 30 t’Awwissu
Jum il-Festa
Il-ħin tal-Quddies ikun hekk:
8.00 a.m.: Quddiesa ċelebrata mill-W.R. Kan. Dun Martin Bruno.
9.00 a.m.: Quddiesa (fil-Knisja ta’ Lapsi) mir-Rev.du Dun Marco Portelli.

9.30 a.m.: Quddiesa solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Sandro Overend Rigilio, Isqof ta’ Benghazi, flimkien mal-kleru tal-parroċċa li fiha jintiseġ il-paniġierku. Il-Quddiesa tkun animata mill-Amadeus Chamber Choir u l-orkestra mmexxija minn Mro. Brian Cefai. Tiġi esegwita l-Missa Brevis in D, kompozizzjoni ta’ Mro. Brian Cefai.
11.30 a.m.: (minflok tal-11.00 a.m. u l-12.15 p.m.) Quddiesa bl-Ingliż mmexxija mir- Rev.du P. Geoffrey Barasa O.S.A. mil-Kommunita’ Agostinjana ta’ Paceville.
6.00 p.m.: Quddiesa letta qabel il-ħruġ tal-purċissjoni mir-Rev.du Dun Tony Agius, ex kappillan tal-parroċċa.
7.00p.m.: Ħruġ tal-Purċissjoni bl-istatwa artistika ta’ San Ġiljan, immexxija mir-Rev.du Dun Zak Portelli. Jingħata salut mill-kaċċaturi miġbura fuq il-bejt tal-knisja. Waqt il-ħruġ tal-purċissjoni jinħarqu salut u kaxxa nfernali organizzati mis-Sur Julian Sammut minn Triq Michelanġ Borg.

Il-Banda San Ġiljan, tilqa’ l-purċissjoni fuq iz-zuntier tal-knisja bid-daqq tal-innu popolari u wara takkumpanjaha matul it-toroq: Forrest, Mensija, San Ġorġ, il-Kbira, Mons. Guido Calleja, Lapsi, Sant’ Anġlu u Telgħet Birkirkara. L-istess banda tkompli marċ minn Triq il-Kbira, Trejqet Grenfell, Triq Ġorġ Borg Olivier sal-Pjazza tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.
8:00PM Marċ mill-Banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq, mistiedna tas-Soċjetà Mużikali Spinola, li jibda mill-każin tas-soċjetà fi Triq Francis Zammit għal Triq San Ġorġ, Misraħ il-Qalb ta’ Ġesù, Triq Ġorġ Borġ Olivier sa kantuniera ma’ Triq il-Kbira.
9.00PM Il-Banda tal-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq tilqa’ l-istatwa artistika ta’ San Ġiljan fi Triq Ġorġ Borg Olivier bl-innu popolari, u takkumpanja l-purċissjoni sad-dħul tagħha fil-knisja.

9.45 p.m.: Spettaklu ta’ logħob tan-nar fil-Bajja Spinola mill-Għaqda Piroteknika San Ġiljan b’akkumpanjament lill-purċissjoni li tkun għaddejja minn Triq Borg Olivier u Pjazza Spinola.
10.15 p.m.: Il-Ġiljaniżi jkunu jistgħu jerfgħu l-vara ta’ San Ġiljan tul Triq Wied Għomor sal-pont tal-knisja.
Waqt id-dħul tal-purċissjoni u l-wasla tal-vara fuq il-pont u z-zuntier tal-knisja jkun hemm akkumpanjament ta’ nar u kaxxa infernali tal-kulur minn Triq Michelang Borg organizzati mis-Sur Julian Sammut.
11.00 p.m.: Dħul tal-purċissjoni fil-knisja, milqugħa bil-kant tal-antifona Beate Juliane ta’ Dr Paolo Nani (1847) mill-Amadeus Chamber Choir. Wara ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u jitkanta l-innu ta’ San Ġiljan.





















