- Coffee morning: Nhar it-Tlieta 22 ta’ Settembru ser isir coffee morning fis-sala tal-konferenzi fid-9.30am.
- Uffiċċju magħluq: Nhar it-Tlieta 22 ta’ Settembru l-uffiċċju parrokkjali jkun magħluq.
- Seminar għat-tfal li ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof: Dan is-seminar se jsir nhar is-Sibt 26 ta’ Settembru bejn id-9am u n-12.30pm fis-Sala. L-adoloxxenti li se jirċievu l-Griżma din is-sena għandhom jattendu u jkunu hemm ftit qabel id-9am. Il-ġenituri u ħuthom jistgħu jingħaqdu magħhom għall-quddiesa bi spjegazzjoni li ssir fil-Knisja Parrokkjali fil-11.30am.
- Quddiesa għall-familji: Nhar il-Ħadd 27 ta’ Settembru ser issir quddiesa għall-familji fil-Knisja Parrokkjali fid-9.30am u t-tfal huma mħeġġin biex iġibu l-basktijiet tal-iskola biex jitbierku.
- Magħmudija: Nhar il-Ħadd ukoll, waqt il-quddiesa tal-12.15pm fil-Knisja Parrokkjali, se jkun iċċelebrat is-sagrament tal-Magħmudija.
- Laqgħat għall-koppji: Ser ikomplu l-laqgħat bl-Ingliż għall-koppji li ilhom miżżewġin 10 snin jew inqas. Il-laqgħa li jmiss se ssir nhar il-Gimgħa 2 t’ Ottubru fis-7.30pm. Min jixtieq jingħaqad magħna jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali.
- Cana seminar: Il-Fondazzjoni ta’ Servizzi Terapewtiċi u ta’ Appoġġ fi ħdan il-Moviment ta’ Kana ser torganiżża Seminar dwar “Il-Fedeltà u l-Infedeltà f’Soċjetà Konsumerista: Illum, Min Irid Jintrabt ma’ Xi Ħadd għal Dejjem?”. Dan ser isir nhar is-Sibt, 24 ta’ Ottubru, mid-9:00am sas-1:00pm fl-Istitut Kattoliku, Furjana. Donazzjoni €15 u l-postijiet huma limitati. Wieħed jrid iċempel fuq 2223 8000 biex jirreġistra.
- Car park tal-Knisja: Kif tafu, il-car park tal-Knisja qed ikun mimli, speċjalment matul il-ġimgħa. Kellna wkoll diversi każijiet fejn vetturi jibqgħu fil-car park għal żmien sostanzjali u, f’xi każijiet, saħansitra jostakolaw l-aċċess għall-oħrajn. Peress li din hija art privata u mhux art pubblika, l-awtoritajiet ħafna drabi jkollhom idejhom marbuta fir-rigward tal-użu tagħha.
- Għalhekk, wara diskussjonijiet twal u bl-approvazzjoni tal-Kurja, ser tiġi installata barriera fid-daħla tal-car park. Dawk li jużaw il-car park ser iħallsu ta’ dan is-servizz, bil-għan li nevitaw l-użu mhux awtorizzat ta’ din l-art privata.
- Nixtiequ niċċaraw li dan il-ħlas ma japplikax għal dawk li jiġu għall-Quddiesa, kif ukoll għal persuni li joffru servizz lill-Parroċċa. Nifhmu li din il-miżura tista’ toħloq xi inkonvenjent lil diversi persuni, speċjalment lil dawk li joqogħdu fl-inħawi u li għal ħafna snin kienu mdorrijin jipparkjaw b’xejn f’din l-art privata.
- Għalhekk, ser issir laqgħa ta’ konsultazzjoni għal dawk li huma interessati li jkollhom aċċess bi ħlas għal perjodu ta’ żmien, minnflok ma jkollhom iħallsu kull darba li joħorġu. Il-laqgħa ser issir nhar it-Tlieta, 29 ta’ Settembru fis-6:00pm fis-Sala tal-Konferenzi.
- Fl-aħħar nett, nixtiequ ninfurmawkom li l-qliegħ kollu minn din l-inizjattiva, wara li jitnaqqsu l-ispejjeż relatati magħha, ser imur fil-fond tal-karità tal-Parroċċa. L-iskop wara din l-idea hi li nagħmlu użu tajjeb mill-propjeta’ li għandna għal għan nobbli.
- Coffee Morning: On Tuesday 22 September, a coffee morning will be held in the Conference Hall at 9:30am.
- Office Closed: On Tuesday 22 September, the Parish Office will be closed.
- Seminar for Children Receiving the Sacrament of Confirmation: This seminar will take place on Saturday 26th September from 9:00am until 12:30pm in the Hall. The adolescents who will be receiving the Sacrament of Confirmation this year are expected to attend and should be there shortly before 9:00am. Parents and siblings may join them for a Mass with an explanation, which will be held in the Parish Church at 11.30am.
- Mass for Families: On Sunday 27th September, a Mass for families will be held in the Parish Church at 9:30am. Children are encouraged to bring their schoolbags with them so that they can be blessed.
- Baptism: Also on Sunday 27th, the Sacrament of Baptism will be celebrated during the 12:15pm Mass in the Parish Church.
- Meetings for Couples: The meetings in English for couples who have been married for 10 years or less will resume. The next meeting will be held on Friday 2nd October at 7:30pm. Anyone who would like to join us may contact the Parish Office.
- Cana Seminar: The Therapeutic and Support Services Foundation within the Cana Movement will be organising a seminar entitled “Fidelity and Infidelity in a Consumerist Society: Today, Who Wants to Commit to Someone Forever?” The seminar will be held on Saturday 24th October, from 9:00am until 1:00pm at the Catholic Institute, Floriana. The donation is €15 and places are limited. Registration is required by calling 2223 8000.
- CHURCH CAR PARK: As you know, the Church car park is usually full, especially during the week. We have also had several instances where vehicles remain in the car park for a considerable length of time and, in some cases, even obstruct access for others. Since this is private property and not public land, the authorities are often limited in what they can do regarding its use.
- Therefore, following lengthy discussions and with the approval of the Curia, a barrier will be installed at the entrance to the car park. Those who use the car park will be charged for this service, with the aim of preventing the unauthorised use of this private property. We would like to clarify that this charge will not apply to those attending Mass, nor to people providing a service to the Parish.
- We understand that this measure may cause some inconvenience to various people, especially those living in the area who, for many years, have been accustomed to park free of charge on this private property. For this reason, a consultation meeting will be held for those who are interested in having paid access for a period of time, instead of having to pay each time they use the car park. The meeting will take place on Tuesday, 29th September at 6:00pm at the Conference Hall
- Finally, we would like to inform you that all proceeds from this initiative, after deducting the expenses related to it, will go towards the Parish’s charity fund.
- The aim behind this initiative is to make good use of the property we have for a noble cause.

