AVVIŻI – PARISH NOTICES 26 – 27 ta’ Settembru 2026

  • Għaqda Nisa Ġiljanizi:  Il-laqgħat se jerġgħu jibdew minn din il-ġimgħa b’quddiesa nhar il-Ħamis 1 t’Ottubru fl-10am fil-Knisja Parrokkjali u nkomplu b’ “get together”.
  • L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar:  Nhar il-Ġimgħa 2 t’Ottubru wara l-quddiesa tas-7pm, se ssir il-purċissjoni fl-okkazjoni tal-festa tal-Madonna tar-Ruzarju.  Din se toħroġ mill-Knisja Parrokkjali għal fuq il-pont, titla’ ‘l fuq fi Triq Forrest, tgħaddi minn Triq il-Mensija, Triq Forrest (naħa tal-Kunsill Lokali) u lura għall-Knisja Parrokkjali.  Mistennija ddum mhux iktar minn siegħa. Nispiċċaw bil-barka sagramentali.
  • Laqgħat għall-koppji:  Ser ikomplu l-laqgħat bl-Ingliż għall-koppji li ilhom miżżewġin 10 snin jew inqas.  Il-laqgħa li jmiss se ssir nhar il-Gimgħa 2 t’ Ottubru fis-7.30pm.  Min jixtieq jingħaqad magħna jista’ jċempel l-uffiċċju parrokkjali.
  • Car Park tal-Knisja: Kif avżajna l-weekend li għadda, ser tiġi nstallata barriera fid-daħla u l-użu tal-Car Park ser ikun bi ħlas. Dan il-ħlas ma japplikax għal dawk li jiġu għall-Quddiesa jew joffru servizz lill-Parroċċa.  Il-qliegħ kollu minn din l-inizjattiva ser imur għall-fond tal-karità tal-Parroċċa.
  • Infakkrukom li sa issir laqgħa ta’ konsultazzjoni għal dawk li joqgħodu fl-inħawi u interessati f’aċċess bi ħlas għal perjodu ta’ żmien, minnflok iħallsu kull darba li jużaw il-Car Park. Il-laqgħa ser issir nhar it-Tlieta, 29 ta’ Settembru fis-6:00pm fis-Sala tal-Konferenzi.
  • Għaqda Nisa Ġiljanizi:  Meetings will resume this week with Mass on Thursday 1st October at 10:00am at the Parish Church, followed by a get together.
  • First Friday of the month: On Friday 2nd October, following the 7:00pm Mass, there will be a procession on the occasion of the feast of Our Lady of the Rosary. The procession will leave the Parish Church and proceed towards the bridge, go up along Triq Forrest, continue through Triq il-Mensija, then along Triq Forrest (the Local Council side), and return to the Parish Church. It is expected to last no longer than one hour. We will conclude with a sacramental blessing.
  • Meetings for couples: The meetings for couples who have been married for 10 years or less shall be resuming as from Friday 2nd October at 7:30pm. Anyone who would like to join us can contact the parish office.
  • Church Car Park: As announced last weekend, a barrier will be installed at the entrance and the use of the car park will be subject to a fee. This fee will not apply to those attending Mass or providing a service to the Parish.  All proceeds from this initiative will go towards the Parish charity fund.
  • We would also like to remind you that a consultation meeting will be held for residents in the area who are interested in paid access for a period of time, instead of paying each time they use the car park. The meeting will be held on Tuesday, 29 September at 6:00pm in the Conference Hall.

About the author

Ikkummenta

Discover more from Parroċċa San Ġiljan

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading